Monday, June 30, 2008

Is-Seg Ġen

Segretarju/a huwa/hija assistent amministrattiv ta' kumpanija. Segretarju Ġenerali hija kariga simili izda glorifikata. Fl-istorja politika Maltija, ir-rwol ta' dan l-individwu, għandu mportanza kwazi daqs ta' mexxej/kap tal-Partit (jiddependi mill-liema lenti tkun qed tara'). Fl-opinjoni tiegħi, hija kariga mportanti aktar minn tal-vici mexxej tal-partit għax l-individwu huwa l-faccata tal-organizzazjoni (il-magna) u din il-persuna hija responsabbli għall- branding tal-Partit. U l-ġirja tas-Segretarji għaddejja.

Assume the position

Il-ġirja tal-PN intemmet nhar il-Gimgħa. Bil-kemm konna nafu. Saliba ħalla postu u niżel bil-glorji. Mill-kurituri mudlama instema' eku ta' battibeki bejn l-ex Segetarju u John Dalli u ingħad li fl-amministrazzjoni kien hemm post għal wieħed minnhom biss. Min kien ħa jieħu l-kariga wara JS għandu xogħol iebes:

  1. minħabba l-fatt li l-PN rebaħ b'maġġoranza relattiva;
  2. feelers nazzjonalisti qed jindikaw li Joe Muscat ġibed is-simpatija ta' ħafna li abbandunaw l-MLP u jidher li anke xi ftit nazzjonalisti ukoll (minkejja l-fatt li skond il-ħorox JM għandu daħka sarkastika).

Interessanti l-fatt kif il-ġirja ta' din il-kariga ġiet assolutament minsija mill-elfi tal-media. Smajna ftit intietef fil-ġurnata u daqshekk. Bondi nesa' il-WOW factor, Disett investiga r-refuġjati u kien tard wisq għall-Peppi biex jagħmel programm. Il-Gvern intant ħabbar il-privatizazzjoni tat-Tarzna. Għal xi siti eletronici, it-tħabbira tad-data tal-elezzjoni għall-amministrazzjoni tal-MLP (Awissu) kienet aktar importanti milli l-elezzjoni tal-amministrazzjoni tal-PN l-għada. U l-bojkott mitlub mill-Amministrazzjoni sabiex il-kandidati ma' jitkellmux mal-media laburista lanqas biss ġiet imsemmija mkien (is-soltu Peppi jiddedika programm sħiħ fuq xxi ħaġa hekk). Għal dawk li jemmnu fil-mit tal-MAGNA reġgħu ġew delużi - il-kunsilliera ivvutaw kontra il-pjan.

Intant, nixtieq nifraħ lill-Paul Borg Olivier u nawgurawlu l-ħidma t-tajba. Tajjeb li nistgħu niddibattu ma' wiċċ familjari u perswass li s-Sindku tal-Belt ser ikun hemm għad-diskussjoni.

Mill-banda l-oħra, il-ġirja tal-MLP għadha trid tibda. Il-lista ta' kontestanti, għal kuntrarju tal-PN, hija voluminuża. Nixtieq nara' wiċċ femminili għal din il-kariga u naħseb li hemm xi żewg persuni li huma eleġibbli. L-MLP dejjem kien minn ta' quddiem biex ikun innovativ u naħseb li mara f'dan ir-rwol ikun ta' vantaġġ għall-Partit Laburista. Minbarra l-validita' tal-individwu, ikun hemm prova ta' dak li ilha tisħaqq din l-organizzazjoni (inkluż id-diskorsi ta' JM). Interessanti kienet l-għazla tad-data tal-elezzjoni. Il-fatt li din il-ġirja ġejja fi żmien il-perjodu li t-Taljani isibuh bħala l-Ferragosto tagħtni x'nifhem. Boqq. Kif jgħidu l-isqallin, nun lu saccu io!

Xtaqt ngħid xi ħaġa fuq DCG u ABC imma għal din id-darba aħjar le peress li ma' tantx fetħu ħalqhom fuq l-elezzjoni tas-SG tal-PN.

Friday, June 27, 2008

Tal-Linja għall-Baħar

Minn André Borg

Għal ħafna minna l-istaġun sajfi ma tantx ilu li beda; ejja ngħidu ftit jiem jew l-iktar ġimgħat. Meruni jekk tridu imma s-sajf żgur jibqa’ l-iktar staġun preferut tal-Maltin. F’liem staġun ieħor ikollna street-party kull tmiem il-ġimgħa, inġelldu l-qaddisin u niżvugaw innijiet b’tant passjoni u imħabba? Il-fatt li d-destin ġabna fuq gżira żgħira mdawra bil-baħar, b’xemx li taqli l-bajd, u f’kultura ta’ barra t-triq biex ngħid hekk, is-sajf donnu l-iżvog tal-kumplament tas-sena. Issa li s-sajf magħna sa minn ġimgħa ilu, għandna l-isbah tlieta sa erba’ xhur niftaħru kemm ħaditna x-xemx u nikxfu l’hawn u l’hinn biex nuru l-kapulavuri.

Iżda lura għas-serjeta, ngħir għal min għandu l-ħin jew min minn natura tiegħu jista' jmur il-baħar spiss. Fost dawn jiġuni f’moħħi l-karozzi tal-linja li għandhom ħila jmorru l-baħar is-sena kollha. Ejja ngħidu t-trasport pubbliku kollu kemm hu ilu sejjer il-baħar is-snin. Mudelli Leyland tal-1964 li għadhom fis-servizz, irnexxielhom jissopravvivu matul is-snin, jegħlbu kull kompetizzjoni u jibqgħu jiġbdu l-attenzjoni tat-turisti li għalihom tixbah aktar esperjenza f’mużew ħaj tal-karozzi vintage. Il-faxxinu jikber meta jittantaw jirkbu waħda minnhom u hawn l-avventura tiżboq kull rikba oħra f’mezz ta’ transport pubbliku fl-Ewropa. Sempliċi, imma t-turisti jiddevertu ruħhom saħansitra anke biex jiġbdu l-ħabel (kultant ikollok tuża s-sahha) biex iċemplu qanpiena zgħira jindikaw li l-bus ride kien biżżejjed biex jagħtihom is-sodisfazzjoni tal-ġurnata.

Mandankollu għal min juża t-trasport pubbliku għax-xogħol, jew addirittura min jixtieq jibda juża dan il-mezz sabiex jegħleb l-ispejjez dejjem jogħlew tal-karburanti (qed nikteb f’kuntest fejn il-prezz internazzjonali taż-żejt laħaq il-$140), it-trasport pubbliku għadu lura milli jilħaq l-aspettattivi tagħna l-Maltin li mhux imdorrijin neqirdu. Lkoll sifirna u rajna kif jaħdmu sistemi barranin. Ta’ l-inqas fuq il-bus-stop issib forma ta’ tabella tinfurmak fejn qiegħed, tavżak bil-ħinijiet u l-frekwenza tal-karozzi. Issib tixtri biljetti minn postijiet oħra sabiex tiffranka ħars bl-ikrah mid-driver, u għandek anke skont jekk tixtri numru ta’ biljetti f’daqqa jew pass speċjali jekk għadek student. Għandek ukoll faċilita’ li tibdel ir-rotta minn terminals reġjonali, u wisq aktar li tibqa tuża l-istess biljett sakemm tasal fid-destinazzjoni tiegħek. Veru li n-noll f’Malta huwa relattivament irħis, madwar 50 ewro centezmi (qaluli għadu 47c, imma ibqgħu fuq kliemi li daqt nagħmlu round-up), fil-verita’ għal ħafna mir-rotot ta’ Malta jkollok taqbad żewg karozzi u vjaġġ jiswik 1 Ewro, fuq l-istess livell ta’ pajjiżi Ewropej, iżda b’servizz tal-Cambodia.

Hemm ħafna x’isir. Għal Ministru b’karattru ‘Smart’ bħal dak ta’ Austin Gatt, f’idejh inkarigat id-dekasteru tat-Trasport, għandu ħafna fejn jimraħ sabiex ma jħallix iktar din l-inġustizzja għaddejja fejn min ikollu jistenna s-sajf biex imur il-baħar, u min down-under is-sena kollha! It-trasport pubbliku ilu snin twal mitluq, għajb ghal min ippoppa sidru biex jidher u qatt ma wettaq riforma kif għandha tkun. Jixirqilna aħjar!

Wednesday, June 25, 2008

A Prayer


Every Morning when I wake up, I thank all thee to whom I owe my life.

I thank my government for giving me another day of strife.

I thank my government for all the taxes I pay,

For which nothing in return I get at the end of the day.


I thank the government for all the NI money I’ve put in his urn,

From which I never got any tangible return,

Nor any chance I have of getting any,

When my years are so many.


I thank the government for managing my road licence so well,

For without such management I would not be driving in such hell.

Nor would I be able to hear his minions on the media

Preaching his word right out of his dictated encyclopaedia.


I thank my government for showing me light from dark,

For giving me the eye to discern between man and shark,

For giving me the courage, giving me the spark,

To fight against his arrogance and all moguls that bear his mark.

Monday, June 23, 2008

Kodiċi ta' Etika għall-Ġurnalisti

Waħda mill-ewwel miżuri li jidher li se jieħu l-mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista huwa li jikkummissjona kodiċi ta' etika għall-ġurnalisti tax-xandir ta' l-istess partit. Għandi xi suġġerimenti u kummenti dwar dan u nixtieq li l-qarrejja jżidu tagħhom ukoll.

Li l-ġurnailisti jibdew jirrispettaw ftit l-intelliġenza ta' l-udjenza tagħhom. Dan billi jippreżentaw il-fatti mingħajr ma jistqarru jew "jiżvelaw" dak li hu ovvju! Nagħti eżempju, tista' timmaġina l-valur ta' mistoqsija waqt "vox pop" li tgħid xi ħaġa hekk... "Kif jaffetwak jekk is-servizzi mediċi fl-isptar isiru bil-ħlas?" "Tajjeb jew ħażin?" Meta nistaqsu mistoqsijiet bħal dawn naħseb li nkunu qed ninsulentaw lill-pubbliku li jixraqlu aħjar - inkomplu bl-insult jekk nuru sensiela ta' mistoqsijiet simili fl-aħbarijiet. Jekk il-ġurnalisti jaħsbu li din hija l-udjenza tagħħom, sar iż-żmien li lil din l-udjenza jibdew jedukawha ħalli tkun kapaċi tagħmel għażliet imsejsa fuq raġunament ta' fatti u mhux ħasil tal-moħħ.

Nissuġġerixxi li jekk ma jkunx hemm biex timla bulettin ta' l-aħbarijiet inqassruħ u ndaħħlu l-famuż intervall ta' l-antik! F'Malta jsiru ħafna attivitajiet li ma jkunux politiċi, naħseb li l-istazzjonijiet għandhom jagħtuhom importanza fil-bulettini ta' l-aħbarijiet b'hekk inkunu nistgħu naraw verżjoni waħda ta' l-aħbarijiet u mhux tlieta jew erbgħa!

Nittama li t-tfassil tal-Kodiċi ta' Etika jittieħed bħala eżempju minn ġurnalisti oħrajn ta' organizzazzjonijiet oħrajn, tal-Partit Nazzjonalista u tal-PBS (dawn it-tnejn hemm min jgħid li huma fil-fatt ħaġa waħda). Il-media hija għodda wisq b'saħħitha biex tiġi immanipulata minn ftit ġurnalisti bla skrupli u b'aġendi li jmorru ferm 'il bogħod minn dik li jippreżentaw il-fatti u l-verità lill-udjenzi tagħhom. Il-fatt li l-MLP beda jagħmel xi ħaġa dwar dan huwa pożittiv - imma nittamaw li jkun sforz ferm aktar wiesa'.

Tkellimt ma wħud li kienu ferm sorpriżi meta saru jafu li Peppi Azzopardi huwa wieħed minn dawk li ser ikunu qegħdin ifasslu din il-Kodiċi ta' Etika, staqsewni għala din l-għażla stramba. Ir-risposta tiegħi kienet li l-probabilità hija biex kulħadd jitgħallem mill-viċin mingħand Peppi dwar dak li m'għandux isir fil-ġurnaliżmu serju.

Friday, June 20, 2008

Ulied alla Minuri


Jidher li f'dan il-pajjiż, li jkollok twemmin jew ħsieb xellugi, hu l-ekwivalenti li jkollok il-pesta. Nixba nisma u naqra li l-unika ġustifikazzjoni li tista tingħata għal fatt li tkun progressiv hu li l-genituri tieghek huma tali. Jaqbadni d-daħk (jew il-biki) kull meta xi ħadd jeħodha bi kbira għax persuna ikollha ħsieb car u logiku iżda xellugi, tara wiccu jinbidel u jitqarras. Agħar minn hekk jekk ma tkunx lest tixgħel ix-xema fuq l-artal ta GonziPN tiġi redikolat u mgħajjar. U kieku tgħid li tiġi mgħajjar fuq twemminek jew jiġu redikolati l-argumenti, kieku fiha u ma fihiex. Imma le, l-argument jinżel fuq livell personali u dejjem jispicca li l-povra xellugi għandu IQ baxx.

Ejja ninsew lil Malta għal ftit. Ħarsa madwar id-dinja turina li dan l-argument tal-IQ baxx huwa argument li ġie użat ta spiss fl-istorja u għadu jintuza. Intuza mit-Taljani u mill-Franciżi kontra l-popli tal-Afrika ta' fuq. Intuza kontra l-popli tal-Afrika kollha tista tgħid. Intuża mill-Inglizi kontra l-popli tal-artijiet tal-imperu u anki kontra l-Irlandizi. Kellna l-apertheid li kienet ibbażata fuq dan il-principju. Il-pajjiżi tan-Nofs in-Nhar tal-Amerka ukoll bgħatew u għadhom ibgħatu minnħabba din il-mentalita. Illum il-media li tappoġja l-Istati Uniti u l-Gran Brittanja fil gwerer tal-Afganistan u l-Iraq tuża din l-arma b'mod regolari; pinġi lill-għadu bħala injorant u kull argument li għandu tilfu. Kemm nisimaw b'intellettwali Afrikani, sud-Amerikani jew Islamici? L-idea hi bażika ħafna, jekk trid li l-poplu ma jikkunsidrax l-argument tan-naħa l-oħra tinħeliex ma l-argument imma kisser lil messaġġier, irredikolah. Dan l-argument tal-intelliġenza kien dejjem arma li intuża għal skopijiet razzisti u raġunijiet ta poter. Jidher li f'Malta xejn anqas.

Tiftakruh l-istorbju kollu li kien inqala qabel l-elezzjoni minħabba l-kumment ta Charles Mangion dwar id-DNA? Jista xi ħadd jispjegali kif f'dan il-pajjiż hu offensiv li tgħid li is-supporters tal-PN għandhom DNA differenti imma ħadd ma jitkaza li ngħidu li jekk tkun supporter tal-MLP ghandek IQ baxx? Agħar minn hekk, il-kategorija ta dawk tal-imbecilli saret tinkludi ukoll lil kull min mhux lest ixejjer il-bandiera ta GonziPN. Jidher li f'dan il-pajjiz jekk ma tridx tigi ittimbrat intelletwalment bghatut, ara biss tazzarda tikritika lil Gvern u lil dawk li ixejrulu l-imkatar.

Tuesday, June 17, 2008

Broken English and Broken Logic


By profession I'm a computer scientist, which doesn't mean that I program for a living, or that I can fix your computer when it fails to boot, but that I am interested in, and study, the mathematical and logical foundations of computing. A family of logics which I have used various times in my work is that of multi-valued logic - logics used to reason about values other than truth and falsity, possibly denoting different levels of truth or certainty. Reading Andrew Borg Cardona's blog on the Times, and Daphne Caruana Galizia's blog, and comments on other blogs, I've been toying with the idea of defining a new logic - Malti-valued logic, where the truth and falsity of a statement is to be assessed keeping the context of local political values of the author in mind.

Let me start by quoting two selections from their writings which led to this article. Please feel free to read the whole articles, to ensure that I have not quoted them out of context.


"Would Erika have been a Labour supporter if she weren't Leo [Brincat]'s daughter? I seriously doubt it. She's much too intelligent."

Daphne Caruana Galizia
Comment in Bitchin' Time on J'Accuse's Blog
http://jaccuse.wordpress.com/2008/06/10/bitchin-time
13th June 2008


"[...] I can't help musing on whether [...] there is an educational divide still in this country. For some reason, the people who write in not to insult me seem to do it in much better English than the ones who do it to call me names."
Andrew Borg Cardona
For Some Variety, Times of Malta
13th June 2008

So, it seems that according to them, being intelligent, and being able to write in good English implies you must sympathise with the Nationalist Party, unless obviously you come from a die-hard Labour family. Funny - I always assumed that an intelligent person would refuse to make a categorical statement about agreeing with one party or another. Parties change, their policies change, their leaders change. Blood ties to either party for life have always struck me as particularly stupid and irrational. Which is probably why I never included either ABC or DCG in my book of intellectuals. Rather the opposite. Sympathising with a party and supporting the policies (or more likely some policies) of a party at a particular point in time is what I always thought would be the intelligent person's behaviour.

One thing that I found disgusting in the last election campaign was the implicit message in some of the supposedly independent local media that not voting for the PN was tantamount to irrationality, to stupidity. As soon as someone voiced a pro-MLP stance, the media struck out, to the extent that we've now all heard the "but how can s/he's vote Labour - s/he's too intelligent to do that" comment. Those voicing a pro-AD stance, were labelled as "paving the way for Labour" and hence, by transitivity also stupid. Simply raising questions about cases such as JPO's meant you were believing Alfred Sant's fabrications, hence making you an enemy of the people - sorry I meant the PN, which we were promptly reminded, was the same thing. This is the logic I cannot understand, dear Borg Cardonas and Caruana Galizias.

Give me broken English over broken logic any time.

Monday, June 16, 2008

IL-MAGNA

Għal dan l-aħħar ftit ġimgħat, matul il-kampanja u l-votazzjoni għat-tmexxija tal-kap u l-viċi kapijiet tal-Partit Laburista, dwiet mal-widien ta' moħħi kelma partikulari : IL-MAGNA. Tgħida biss qishek qed tidgħi ġo katidral. Issemmiha, toħloq l-istess biża u effett li kreja isem Voldemort fis-sensiela ta' Harry Potter. Dak inhar tal-votazzjoni tal-mexxej tal-Partit Laburista, l-istazzjon nazzjonali permezz ta' wieħed mill-aktar preżentaturi newtrali li jeżistu matul iż-żminijiet, ideddikat program sħiħ fuq dan il-fenomenu. Kienu bosta li tħabtu u tħanbqu. Kulħadd jgħid tiegħu fuq din l-imbierka MAGNA u l-effet tagħha.

Imma din xi tkun?

Bħala definizjoni wieħed ma' jistax ikun ċert, peress li fin-natura tagħħa hija moħbija u li qatt ma' tidher fis-sehh. Li nafu biss dwarha huma ix-xogħolijiet moqżieża, bħal distribuzzjoni ta' emails patetiċi li l-iskop tagħhom mhu xejn ħlief li jagħmlu ħsara inutli. Skond l-Orakli diversi u li jvarjaw minn esperti fuq firxa ta' programmi tat-televixin, kontributri fil-gazzetti indipendenti ta' pajjiżna u gurus virtwali li jiktbu f'blogs lokali (fosthom waħda partikolari mimlija annimali u tjur ta' kull tip), din il-MAGNA isettjat l-aġenda kollha. U skond ma' tgħid il-MAGNA, jimxu d-delegati tal-Partit li xogħolhom hu biss li jaġixxu skond kif tinġibdihom l-ispaga.

Fir-realta' jien naħseb li kien hemm tlett linji ta' ħsieb differenti matul dawn l-elezzjonijiet għall-ħatra tal-mexxejja tal-PL: ħsibijiet Moderati, Progressivi kawti u Progressivi aktar ħorox. Fil-verita rebħu t-tlieta li huma: Joseph Muscat (Moderat), Anġlu Farrugia (Progressiv aħraxx) u Toni Abela (Progressiv kawt). Ma' naħsibx li jista' jkun hemm turiha ta' inklussivita' aktar minn hekk, speċjalment fejn jidħlu kurrenti interni. L-aħħar għażla, u naħseb li hija waħda verament importanti biex tgħaqqad is-sett, hija dik tas-Segretarju Ġenerali. Din il-kariga, bħal dik tal-mexxej tal-partit, hija waħda li trid tieħu inkonsiderazzjoni l-elettur ġenerali, speċjalment il-floating voter u l-votant ta' partiti oħra. Fl-opinjoni tiegħi, hija l-kariga l-aktar importanti wara l-Mexxej tal-Partit.

Il-Pronostiċi għall-karigi kollha kienu iffukati u jħambqu li l-MAGNA għamlet l-għażla tagħħa. Filwaqt li dik tal-Mexxej tal-Partit Laburista kienet waħda konsitstenti minħabba l-poplarita li kellu dan il-kandidat żagħżugħ, il-pronostiċi tal-karigi l-oħra marru kollha l-baħar. L-Oraklu kellu lapsus u żgarra(w) bl-ikrah. Naħseb id-delegati wrew biċ-ċar li m'għandhom bżonn lil ħadd li jiġbdilhom l-ispaga. Dan l-Oraklu diġa beda' jiżra' ż-żerigħha ta' dubju dwar is-Segretarju Ġenerali u din ser tispunta f'għerq ta' gideb u dubji hekk kif titħabbar id-data tal-elezzjoni għal din il-kariga.

U bħal ma' ġara fil-passat reċenti, ser jinħassu l-effetti tal-MAGNA u ser jinħassu wkoll l-effetti tal-KONTRO MAGNA, li din ukoll kienet preżenti (minn daqqiet b'qawwa aktar minn tal-MAGNA) matul il-ħatra ta' dawn il-karigi. Ħafna minn dawk illi kienu qed igergru fuq din l-imbierka MAGNA, kellhom subgħajhom imdeffsa sa ġewwa ġo dan il-mekkaniżmu l-ieħor. L-istrateġija kienet li joħroġ jgħidu li qed jinqala l-ħama fuqhom minn taħt u mbagħad jinqdew b'ħaddieħor biex joħroġu l-ħama. Forsi logħoba aktar pulita imma tant' ieħor maħmuġa.

Bl-istess didattika, igħidu x'igħidu l-Orakli indipendenti, f'kull organizzazzjoni teżisti l-MAGNA u l-KONTRO MAGNA, lesti li jinfluwenzaw bil-linja tal-ħsieb li jkunu imqabbda magħha. Jekk nosservaw fil-qrib x'inhu jiġri fil-ġirja għall-kariga tas-Segretarju Ġenerali tal-PN, il-MAGNA hija omnipreżenti. Hawnhekk, l-Orakli jew jibqgħu siekta jew idawwru l-vija fuq x'inhu jiġri fl-MLP. Hemm mumenti li jinħassu sew fejn l-Orakli jikxfu jdejhom li huma parti minn MAGNA huma wkoll. Jibqa' l-fatt li, jekk impoġġu fil-ġenb l-eżistenza ta' din l-imbierka MAGNA u jekk hiex sempliċiment eżerċizzju ta' tfiegħ tat-tajn, il-mandat elettorali jidetterminah il-votant u l-effett ta' din l-influwenza tibda' u tispiċċa ma kif t/jiddeċiedi l-votant.

Friday, June 13, 2008

Jaqrawlek ix-Xorti… u Jisolhuk

Jikteb Andre Borg

info@andreborg.com

Iltqajt ma’ persuna li tilfet kull skop fil-hajja. Qalulha li ghandha maghmul idur maghha, li se jgibilha rizq hazin u diffikulta ghall-familja taghha, sahansitra ta’ mard kiefer u mewt. Ma tafx fejn se taqbad taghti rasha u ma ntihiex tort. Imlewlha mohhha bi hsibijiet ta’ maghmul, superstizzjoni u magija sewda. Qalulha li biex tehles mill-maghmul jew tipprotegi ruhha trid tmur ghand xi medium jew fortune teller, thallas mijiet ta’ euro, u kollox jigi lura ghan-normal.

Qaltli li ghandha problema ghax m’ghandhiex minn fejn thallas dawn il-flus. Ghidtilha l-akbar problema mhijiex il-flus, imma li qed temmen f’dawn il-hmerijiet u mhix tinduna li hemm min inqeda bil-genwinita’ u sa certu punt l-innocenza taghha sabiex jislohilha flusha.

Rajt anke avvizi fil-gazzetta ta’ persuni li ma jiddejqu xejn jirriklamaw il-prattika taghhom li jaqraw ix-xorti, jbieghdu maghmul, jipprofetizzawlew success tan-negozju, jaghtuk potenza sesswali, jispjegawlek il-holm u garanzija ta’ success fil-hajja mizzewga. Ma niflahx narahom aktar dawn it-tip ta’ riklami li qed jinsulentaw l-intelligenza tal-qarrej, u wisq aghar, qeghdin jinqdew b’min hu vulnerabbli u dghajjef fis-socjeta’. Ghandha tkun policy tal-gazzetta li ma tippubblikax avvizi bhal dawn, ghaliex tkun komplici ma’ dan l-isfruttament ta’ min hu batut. Ghajb ukoll ghal dawk il-programmi televizivi li bl-iskuza li jattakkaw din il-pratticita’, pjuttost aktar ikunu qed jaghtu promozzjoni lil certi individwi li jsejhu lilhom infushom clairvoyants u mediums, biex ma nsejhilhomx vampiri tal-flus kif aktar jixirqilhom.

Ghad irrid insib spjegazzjoni li tikkonvincini kif frak tal-weraq tat-te’ jistghu jiddeterminawlek kemm se jkollok tfal, jew kif wiehed jista’ jikkomunika ma’ l-erwieh billi jinghalaq f’kamra mudlama u jhares lejn pendlu. Dan mhu xejn hlief qerq, u pajjiz civilizzat bhal taghna ghandu jillegisla kontra din it-tip ta’ pratticita’, bl-istess mod kif ghandna ligijiet ohra jipprotegu lic-cittadini minn tip ta’ qerq iehor.

Kien hemm perjodi twal fl-eqqel tal-Medjuevu sa ftit qabel il-migja ta’ l-Ordni ta’ San Gwann fejn l-Inkwizitur kien jordna li s-shahar jigu ttorturati u mahruqa hajjin quddiem kulhadd. Ghalkemm it-tortura u l-qtil huma dejjem kundanna u allahares wiehed kellu jissuggerixxi li llum naghmlu l-istess, madankollu anke erba mitt sena ilu kienu diga qed jirrealizzaw li dawn is-shahar kienu eretici u. Issa li suppost nifhmu aktar l-implikazzjonijiet ta’ dan il-qerq u l-hsara socjali li tista ssir, ghaliex hadd ma jiehu azzjoni? Ghandna tant regolamenti, kodicijiet ta’ etika, ghaqdiet tal-konsumaturi u dipartimenti fejn jipprotegu lill-konsumatur minn xi servizz jew prodott li jinghata bil-qerq, ghaliex imbghad lil min hu vulnerabbli fis-socjeta’ taghna u jirrikorri ghall-‘ghajnuna’ ta’ dawn il-clairvoyants ma nipproteguhx bizzejjed? Dan filwaqt li naraw li min jabbuza mill-batut ghandu jigi mharrek.

Wednesday, June 11, 2008

Mdina, the (not anymore) Silent City

Last Sunday my wife and I met a couple of friends who are on holiday in Malta. We decided to take them to the picturesque village of Maraxlokk for a nice treat of fresh seafood.

Albeit the weather was not totally on our side, we decided to have our coffee in another scenic area, and moved to Wied iz-Zurrieq. Needless saying that in addition to the not so good weather, we also had to deal with the rough road going to Zurrieq.

Having enjoyed Zurrieq, and taking advantage of the length of the day at this time of the year, we decided to take them to Mdina.

I chose to take the coastal road from Zurrieq to Mdina passing on the way through Siggiewi and Dingli. Needless saying that this road is perfect for off-roading buffs. Down from Dingli, I was coerced by bus driver to reverse through a side road because the two of us could not pass, as it goes without saying that a bus has higher rights according to the Highway Code.

Like the stereotype educated Maltese, I was explaining all I know about Maltese History, our Culture and Heritage. On our way to Mdina I was boasting about how ancient is our beloved old Capital City, that St. Paul when shipwrecked on the Island was greeted by the local feud of the time in the city of Medina, that it was reduced in size by the Arabs.... I also explained that the beauty of Mdina lies in its very streets, where every narrow passage has a story to say and gives you an eerie feeling and the well preserved diverse architecture from the different eras.

When we finally arrived I was luck to find parking near the Playground and avoiding wrecking my car further in the make-shift parking lot near the Roman Villa.

I always take tourists through the main door of Mdina, this time round I found the facade being restorated. Thank god we are taking care of our Heritage; I appreciate that the best time, meteorologically speaking coincides with the approach of the tourist season.



There we discovered that one of the two lions is dangerous while the other can jump on you if you get too close.

My national pride was far from hurt at the site of the main door being restorated, because I knew that the years’ long project of re-surfacing Mdina was finished. The new stone surface blended well with the architecture and amplified the atmosphere therin.

Past the Natural History Museum onto the main road to the Cathedral square I got the shock of my life. Cars were parked everywhere in all the roads.


The Cathedral Square is now a parking lot.






Is this how we are taking care of one of our greatest National Heritage?

Why do we care about doing restorations when the worst catalyst to limestone deterioration is car fumes?


Is this how we want Mdina to be remembered by tourists visiting us?



I kept a poker face and took a detour through some of the lesser known streets to capture a bit of that mythical eeriness of the ancient city, only to find more cars parked everywhere!






We then headed to the bastions to enjoy one of the best views in the Island. Apart from the obnoxious view of our glorious new ‘man-made-mountain’ of Maghtab, the rest of the scene was just magnificent. This time round the vista was further tarnished by some feast’s hideous bombs which in spite of our distance from the event, we could not speak comfortably when they were firing in succession.

Almost all shops were closed, and so where the museums, while hundreds or tourists where striding along the roads.

We ended our day out with a few drinks in a coffee shop on the bastions, where the service always leaves much to be desired, and is rendered by a bunch of ungraceful teenage kids, whose faces change every time I visit. At least this time round the establishment did not make us pay to use the toilet.

Monday, June 9, 2008

Tiġdid

Għaddiet il-ġurnata tant mistennija minn ħafna Maltin li jinteressaw irwieħom fix-xena politika Maltija. Il-Partit Labursita issa għandu mexxej ġdid wara kampanja intensiva li ftit rajna bħalha fix-xena lokali. Jekk nieħdu l-kampanja għall-aħħar elezzjonijiet ġenerali bħala riferenza, f'Malta wkoll qegħdin nagħtu importanza kbira lill-mexxejja tal-partiti tagħna. Ħaġa li tfakkrek fit-taqtiegħa bejn Hilary Clinton u Barack Obama fl-Istati Uniti.

Joseph Muscat għandu biċċa xogħol iebsa quddiemu. L-ewwel li jerġa' jiġbor dak li fadal wara tellieqa twila bejn il-kontestanti għat-tmexxija u mbagħad li jagħti prova ta' dak li jsarraf lil dawk kollha li qisuh bħala wisq zgħażugħ biex jerfa' r-reponsabbiltà tat-tmexxija.

Aktar minn hekk nemmen li jrid jagħti direzzjoni biex jgħaqqad l-elementi fi ħdan il-Partit Laburista li jistgħu jagħtu kontribut serju lil pajjiż kollu u mhux biss lil partit tiegħu. Il-fatt li l-għada tal-ħatra tiegħu bħala mexxej tal-partit iltaqa' mal-Prim Ministru u offra li jkun hemm kollaborazzjoni vera fuq oqsma ta' importanza nazzjonali juri li forsi Joseph huwa aktar matur minn kemm juru s-snin tiegħu. Dan il-ġest jagħtina tama li forsi nistgħu ukoll nimxu lil hinn minn dik li Evarist Bartolo jsejjaħ il-politika tat-tribujiet.

Il-politiċi kollha u speċjaliment il-mexxejja li jkunu l-ħin kollu taħt il-lenti tal-kritiċi, jagħtu ħafna minn ħajjithom għal pajjiżhom, jaħdmu u jippreparaw mingħajr m'għandhom ħinijiet. Hu min l-politiku u ta' liema partit hu, għandna napprezzaw ix-xogħol tal-politiċi ġenwini kollha. Għal dawk anqas ġenwini, naraw li d-demokrazija, għalkemm titħaddem f'okkażjonijiet imbiegħda minn xulxin, issaffihom.

Friday, June 6, 2008

Il-Kaċċatur fuq il-Lambretta

‘When we eliminated coal fires in London we didn’t say to people in Chelsea you can pay a bit more and toast your crumpets in front of an open fire. We said nobody could have an open fire’

Mark Moody-Stuart (ex chairman tax-Shell) waqt diskussjoni
jekk għandniex nintaxxaw gas guzzlers jew għandhomx ikunu illegali

Hekk kif qrajtha, ġietni f’moħħi is-sitwazzjoni tal-kaċċaturi. Ifhem, m’għandix xi simpatija partikolari lejn il-kawża tagħhom. Imma xbajt nisma nies jiskandalizzaw ruħhom bil-kaċċa, imma jinsistu li l-użu ta’ karozza personali huwa kważi dritt fundamentali tal-bniedem, li l-użu bla kontroll ta’ eletriku huwa għażla personali u li ikollok pool id-dar m’hemm xejn ħażin jekk teffordjaha… Il-ħsara lill-ambjent hija aċċettabli jekk tħallas taxxa fuq għemilek – jekk tgħid salvereġina għal dnubietek. Mur, u kun imbierek.

Imma ifhem, konsistenza ta’ twemmin ambjentali forsi ma tantx għandek tistenna mill-abitanti ta’ pajjiż fejn il-qaddis patrun jiġi mfaħħar li eradika ir-razez ta’ sriep mill-pajjiż kollu. Min jaf jekk l-Irlanda jaħsbuhiex bħalna…

Wednesday, June 4, 2008

Speranza

Dalwaqt tiġi fi tmiema t-tellieqa. Minn għada jibdew l-elezzjonijiet għall-leadership ġdid tal-Partit Laburista. Għal tul dawn l-aħħar xhur, kif kien probabilment mistenni, dan kien l-aktar suġġett diskuss fil-media. Kullħadd qal tiegħu. Min qal affarijiet validi u ħafna le. Għal mumenti twal ħassejtni qisna qed naraw xi reality show. Sezzjonijiet kbar tal-media ma nteressaħhomx dwar il-kontenut, għal ħafna kienet biss pageant show fejn l-aktar wieħed li jappella irid jirbaħ. Ħassejt li ftit kienu dawk li nteresshom dawn il-ħames persuni x'qgħedin joffru.

Wieħed mill-argumenti li ma stajtx nifhem tul din il-kampanja kien il-fatt li beda jingħata mportanza lil kemm kandidat jew ieħor jattira lil votanti tal-kamp avversarju. 'Imma mhux hekk tirbah?' Mhux necessarjament specjalment f'dan il-pajjiż. L-ammont ta votanti li lesti jeqilbu l-vot huma ftit u għandi s-suspett li ħafna minnhom l-anqas ħargu jivvotaw din id-darba. Ħafna qishom qed jinsew li principju bażiku tad-demokrazija hu li int tivvota lil min jirrapreżenta lilek u mhux lil ħaddieħor. Dan jgħodd ukoll għad-delegati jew kunsilliera taż-zewġ partiti. Min isir mexxej, irid ikun jirrapreżenta lil dawk li ivvotawlu u mhux lil xi ħadd fittizju. Xogħol mexxej ġdid hu dak li jgħaqqad l-għeruq tal-partit, jibni politika u programmi sodi, jaħdem biex ikun gvern alternattiv u dan awtomatikament iwassal biex jattira voti li mhux tradizzjonalment ikunu tieghu. Li l-Partit Laburista jibda mill-illum li l-inkwiet tiegħu hu li jattira l-votanti tan-naħa l-oħra ikun qed jibda it-triq bil-kontra. Il-passat recenti juri li ħafna drabi il-Partit Laburista deher li kien qed jiprova jarttira l-voti mingħajr ma kien qed jidher li kellu kontenut validu u viżjoni cara tal-politika għal pajjiż. Dan hu żball li l-partit Laburista ma jistax jippermetti, hu żball li pajjiżna ma jistax jaffordja.

Jien għadni nispera li l-affarijiet f'dan il-pajjiż jinbidlu; jinbidel l-istil kif issir il-politika. Elezzjoni ta mexxej ta' partit li jirrapreżenta nofs il-poplu Malti hi opportunita biex l-affarijiet jibdew jinbidlu. Wasal iż-żmien li fil-politika nibdew nitkellmu dwar il-Politika, dwar kontenut, dwar issues li jolqtu lin-nies fil-ħajja ta kuljum. Wasal iż-żmien li l-politika tkun tal-poplu u mhux il-poplu tal-politici.

Monday, June 2, 2008

No politics please, we're Maltese

Il-ġimgħa l-oħra mort nara' esebizzjoni tal-fotografu veteran Joe Camilleri. Dan il-fotografu ta kopja tal-wirt tiegħu fejn fih ħalla numru sostanzjali tax-xogħlijiet artistiċi tiegħu lill-Kollezzjoni Nazzjonali. Filwaqt li nfaħħar dan il-ġest nobbli u nħeġġeġ lil aktar artisti illi jieħdu dan il-pass, dan l-artiklu nixtiequ jieħu vija kemmxejn differenti. Il-ħsieb ġie mill-fatt illi Joe irnexxilu jilħaq teknika illi llum faċilment nistgħu nagħmluha permezz ta' programmi tal-kompjuter. Il-kobor tar-ritratt huwa illi dan irnexxilu jibnieh manwalment sabiex iwassal messaġġ. Il-qofol tal-ħsieb huwa l-fatt illi llum għalkemm għandna il-meżżi ma' nagħmlux dak l-isforz biex immorru oltre bħal ma' għamel dan l-artist.

Id-diskors kollhu huwa kemmxejn differenti. Fix-xena lokali ta' dawn l-aħħar snin ftit li xejn tara jew tisma' messaġġ politiku. Il-Kultura Maltija donnha maqtugħa kompletament mill-isfera politika. Il-ftit politika li rajt fi produzzjonijiet / riproduzzjonijiet Maltin kienet tevolvi l-aktar madwar l-ambjent (li qed tiġi f'moħħi huma d-diski f' Karavan Petlor bħal Merill Bang Bang jew attivitajiet aktar estensivi bħal ma' hija l-Earth Garden) . Il-ftit attivitajiet b'kummenti politiċi diretti huma kollha satira' tat-tip li jtellgħu iz-Zoo u Bla Kondixxin. Ftit li xejn kritiika bis-sens u kostruttiva. Donnhu il-lament hija waħda personali u mhux soċjalli. Tgħid sirna egoisti żżejjed?

Dan jikkontrasta ħafna mat-tmeninijiet fejn l-isfida politika ta' dak iż-żmien kienet tradotta f'kontro kurrent qawwi. Dawk li għexu dawk iż-żmiinijiet kollha jiftakkru bil-kultura underground ta' Tigne'. L-ironija hi, li l-Gvern li tant kienu qegħdin jopponu f'dawk iż-żminijiet, provda post (garaxxijiet u kappella abbandunata) fejn setgħu jitellgħu dawn l-attivitajiet u jirihersjaw dawn il-gruppi tejatrali u mużikali. Kien post ta' krejattivita u angst politiku li naħseb qatt aktar ma' rajna bħalu. Ħafna minn nies tal-media tal-llum (inkluż Peppi) huma prodott ta' dak iż-żmien u dak l-ambjent. Illum għandna Ċentru tal-Kreattivita staġnat u b'vakum politiku qawwi. Xbajt nara' l-istess stili ta' esibizzjonijiet b'nuqqas kbir ta' messaġġ politiku (fis-sens wiesgħa) u naqaw fl-istess cliches. Donnha l-arti tal-llum tikkonsisti kummenti fuq religjon, ambjent, abbort u suġġetti simili. Il-politika hija individwalista. L-istili u l-kontenut nistħajilhom il-boom tal-ħwienet tad-dvds. Għamel suċċess xi ħadd u jkollok perjodu bl-istess djalettika. Ġie Benigni Malta u għamilna ġimgħat naraw forom ta' arti diversi inspirati minn dan l-attur.

Lura għat-tmeninijiet il-ħsieb xellugi kien rapreżentat mill-Politeatru, li kienu jtelllgħu firxa wiesgħa ta' arti b'messaġġ xellugi qawwi. Illum ma' fadal xejn minn dan.

Tgħid dan huwa prodott ta' apatija? stmerrijja? biza' mill-politika lokali? Jekk tattakka l-gvern u l-esponenti tiegħu iwaqfulek il-program minn fuq it-tv. Jekk tattakka il-ħsieb xellugi ituk promotion u jdaħħluk mal-WE fuq l-istazzjon nazzjonali. Donnhu l-politika saret tiġi diskussa minn Lou, Peppi, Pierre, Reno, Charlon u Simone biss ... u taħt forma ta' diskussjoni serja. Naħseb li għall-kuntrarju ta' Joe Camilleri, illum għandna l-għodda kollha imma mhux nużawha.