Monday, August 25, 2008

Id-don li tagħti

Waħda mill-pjaciri fil-ħajja huwa d-don li tagħti. Xi sitt snin ilu jien u l-mara għamilna sitt ġimgħat il-Peru. Wasalna Arequipa u sirna nafu li hemm qassis Malti li ddedika ħajtu għall-missjoni f'waħda mid-distretti ta' din il-belt vasta. Għamilna minn kollox biex insibuh imma deher li t-tfittxija tagħna ma kienetx ser tħalli frott. Sakemm morna l-Posta tal-lokal u ttantajna xortina li nsaqqsu raġel li kien qed jaħdem hemm. Kif semmejna isem Dun Ġwakkin għajnejn dan ir-raġel xegħlu u qallina li dan il-qassis kien jikkunsidrah bħala missieru. Tana in-numru fejn nistgħu inċemplu u dan qallilna li l-għada filgħodu kien ser jiġi għalina biex idawwarna fil-lokal. L-għada, fil-ħin miftiehem, sibna raġel anzjan jistennina u mill-ewwel intbaħna li kienet il-persuna li konna qed nistennew. Dun Ġwakkin ħadna naraw il-ħidma li kien qed jagħmel f'din il-belt hekk kbira mimlija b'nies foqra ta' vera, tfal abbandunati u sfruttati. Meta ħadna f'waħda mill-knejjes li dan kien iserrvi fihom konna milqugħa b'ċorma kbira ta' tfal kollha jifirħu u jilgħabu ma' dan il-qassis ta' kważi sebgħin sena. Ħadna id-dar tiegħu u minnufih ilmaħna dak ir-raġel li konna ltaqajna miegħu il-Posta. Dun Ġwakkin kien rabba ħamest itfal matul perjodi differenti u fetaħ daru għalihom. Dan kien l-iżgħar wieħed mill-ħamsa u li issa kien kiber, iżżewweġ u kellu tifla ta' ħames snin. Dan, flimkien ma' martu u t-tifla, baqqgħu jixgħu fid-dar ta' dan il-qassis u din it-tifla ċkejkna kienet tqis lill-Dun Ġwakkin bħala n-nannu. Hawnhekk stajt nara l-ferħ vera li jġib miegħu meta wieħed jagħti. Ferħ li ħadd ma' jista jiddiskrivieh.

F'waħda mill-kitbiet tiegħi tal-bidu meta ffurmajna Il-Manoċċa kont għamilt referenza għal wirja ta' fotografija retrospettiva tal-fotografu veteran Joe Camilleri. Joe kien ħass li wasal punt f'ħajtu li dak ix-xogħol kollhu li għamel f'ħajtu ried jiġbru kollu f'kollezjoni waħda u li jiktiba fil-wirt tiegħu bħala donazzjoni lil Heritage Malta biex tiddaħħal fil-Kollezzjoni Nazzjonali. Lill-Joe kelli ċans inkellmu fit-tul dwar dan il-ġest hekk sabiħ u ddeterminazzjoni li din il-persuna kellha biex tirregala xogħlha wara mewta kienet waħda li ħalliet impressjoni fuqi. L-iskop ma' kienx biss li jagħmel din l-għotja iżda biex iħeġġeġ nies oħra biex isegwu l-eżempju tiegħu. Ġimgħatejn wara t-tmiem ta' din l-esebizzjoni, Joe miet.

L-istess ħaġa ġara ftit tal-ġimgħat ilu fejn l-avukat Albert Ganado ta lill-Heritage Malta kollezjoni imprezzabli ta' mapep ta' Malta (madwar 450) li huwa ikkollezzjona u rriċerka matul ħajtu kollha. L-Avukat Ganado huwa awtorita' mondjali fejn tidħol kartografija ta' Malta u l-istudji kbar li għamel nistgħu insibuhom f'kitbiet dettaljati. Fost il-mapep li ħalla nistgħu insibu kollezzjoni li saru fi żmien l-Assedju l-Kbir, u li fihom nistgħu naraw perjodikament l-iżviluppi li kienu qed isiru f'dan il-mument storiku. Wieħed ta' min ifaħħar ukoll, il-ftehim u l-qbil unanimu miż-żewġ naħħiet tal-Parlament sabiex dan it-trasferiment mingħand il-familja Ganado settat isseħħ.

Ġesti nobbli bħal dawn isiru kontinwament u ta min li nibdew nitkellmu aktar dwarhom!

Tuesday, August 19, 2008

The Untouchables

Our infamous/famous ex-Prime minister Mintoff will go down in history for a few bad things he is blamed for, and some other great things he did. Not the least being the only person in power to stand up to the untouchable bastards of the country, namely bus drivers.

Our current government, and all legislations before him never had the guts to solve one massive problem that plagues our country. We are cursed with the WORST public service transport on earth.

Why are governments so afraid of minorities? We had the case of the hunters’ minority, for which we had no balls to face ourselves but ran hiding behind the EU. I have to note here that both Labour and Nationalist party took a neutral stand, awaiting for the EU’s long arm of justice to decide for them. With respect to the Public Transport we cannot hide behind any big brother, we have to find our inner strength. This inner strength our current government lacks. He talks a lot and does little, up to election day, when all the imaginable corruption and nepotism takes place.

Who are these bus drivers, and why are they allowed to bully everybody from their clients to the highest authorities?

They are self a employed bunch of illiterate and downright vulgar individuals who are forming a cartel. On what grounds did the government years back give them half the money for buying a new bus? Which self employed individual enjoys the government’s blessing of half of his capital investment?

How can these arrogant people refuse to get in-line with the emission standards?

How are they allowed to smoke while driving when smoking on buses has been forbidden much before the smoking ban in public places went ‘in viguore’?

Our public bus transport service, the only public transport service we have is not only a plague for the locals but is continually giving a bad name to our country with the tourists that visit us. Therefore we are spending millions to attract more tourism, hoping to reach once more the 80’s boom, doing great leaps in taking care of our national heritage and doing nothing to offer a public service that is up to standard.

Last week after returning from abroad my car broke down, and had to use the public transport. I sat right behind the driver. When I purchased the ticket which was 58c he asked me to give him 60! My god what arrogance. Luckily I had all the small change. I then sat behind the driver, because in a bus full of glass and no windows that can be opened it was the only place I could breath some cool air. By the way he did not want to put the air-conditioning on, if it was working at all. Anyways, sitting right behind him I observed how he stole at least 2c from each person by giving the wrong change. A couple of times he managed to steal up to 1euro. At St. Paul’s Bay there is a bus stop next to a pastries shop. This driver stopped the bus there for about 5 minutes until he purchased some snacks, a soft drink and had a chat with the shop owner and the Public Transport Inspector! We then moved slowly slowly towards our destination while he ate and drank to his heart’s desire.

The Maltese public transport is a farce from top to bottom. In no country on earth do people pay the fee upon riding the vehicle for public transport. This system not only gives the drivers room for abuse, but also inhibits the service from ever being on time. It was definitely much more efficient in the old days when there used to be “il-kundittur” issuing tickets.

The Nationalist Government is akin to privatisation. Why does not he privatise our public service and employ the right people for the job?

Indeed, a worse public service is having no public service at all!

Ps: I was asked by my wife who’s not Maltese to write about our crappy public transport service!

Monday, August 18, 2008

Nikita u s-Sinjura Caruana Galizia

Nikita Anand - Attriċi - Skond Daphne, ommha w missierha kellhom joqogħdu aktar attenti.

F'artiklu riċenti, Is-Sinjura Caruana Galizia tagħti fehmta dwar id-diskriminazzjoni pożittiva, l-ismijiet, u ħwejjeġ oħra. Id-diskriminazzjoni pożittiva xorta hija diskriminazzjoni, veru. Ma! X'biża', qbilt ma' Daphne! Stramba li Daphne ma ssemmix liż-żewġ kunsilliera tal-partit ewlieni l-ieħor li ntgħażlu bi klawsola simili!

Daphne, bil-mod arroganti u omnipotenti tagħha qed tagħti parir lil ġenituri li joqogħdu attenti kif jagħżlu l-ismijiet għat-tfal tagħhom. Għamilt tiftixa għall-istampi bil-Google u ngħidilkom li kkonvinċejt ruħi li l-isem Nikita joqgħod tajjeb għal membru tas-sess femminili!

Jista' jkun li mhux kull każ huwa hekk, imma Nikita Alamango m'għandiex bżonn isem biex jagħtiha palata għall-identifikazzjoni sesswali tagħha! Prosit Nikita, għandna bżonn aktar persuni enerġetiċi bħalek.

Illegali jew Irregolari?



Jew it-tnejn! Kultant nippruvaw inkunu ewfemistiċi u xi ħaġa mhix flokha jew li ddejjaq lil dak li jkun natuha laqta anqas negattiva. Nitkellem ma' ħafna nies u kull darba nkompli nsaħħaħ il-konvinzjoni tiegħi li dak li jħossu n-nies dwar l-immigrazzjoni illegali mhuwiex dak li huwa rifless fl-istqarrijiet u fid-diskussjoni pubblika. Donnu hemm ċertu tabù u kulħadd jibża' li jkun hemm min jittimbrah bħala razzist u min ikellmek b'mod meta tkun ras imb'ras miegħu jitkellem mod ieħor fil-pubbliku - imma mhux għax ipokrita.

Nitkellmu ħafna dwar l-integrazzjoni, kelma sabiħa u pożittiva li trid tiġi kkurata wkoll. Tfisser ħafna affarijiet differenti. Għalija tfisser li bħala immigrant fi kwalinkwe pajjiż, għandek terħi aspetti mill-kultura tiegħek u tibda tħaddan dawk tal-pajjiż li għażilt li tmur fih. Jekk nagħżel li mmur noqgħod l-Italja, nitgħallem id-drawwiet tagħhom u nimxi magħhom, għallinqas dawk li jaffettwaw lill-pubbliku. Ħafna drabi l-integrazzjoni ma sseħx għax li jiġri hu li l-immigranti jibnu soċjetà f'soċjetà oħra. Dawn is-soċjetajiet dejjem jikbru b'immigranti ġodda u permezz tal-wild ukoll - in-numri dejjem jiżdiedu. Insibu li aħna qed inċedu ftit ftit għal invażjoni siekta bla ħniena.

Raġel li għandu omm, missier, ħutu, forsi t-tfal ukoll, ikun imġiegħel iħallas dak kollu li jkun faddal matul ħajtu biex jaħrab minn art twelidu. Żgur li dan huwa att ta' disprament, kieku mhux hekk, min irid jitlaq u jħalli kollox warajh? Dan nifhmu u nifhmu sewwa wkoll - jekk irridu ntejbu s-sitwazzjoni ma nistgħux inħarsu biss lejn il-fruntieri tagħna imma rridu nħarsu lejn art dawn in-nies u dwar il-qagħda li ġġiegħlhom jissugraw ħajjithom biex jaħarbu.

Min jaf kemm intefqu flus u kemm kien hemm ideat biex jintagħżel isem l-aġenzija "Frontex" li suppost qed tkun fuq quddiem biex tgħin f'dan il-qasam. Kulħadd jaf li din falliet qabel ma bdiet u m'għamlet assolutament l-ebda differenza għal ħadd. Għal sekli sħaħ, il-qagħda ġeografika ta' Malta kienet imfittxija mill-qawwiet dinjin. Issa li aħna parti mill-qawwa Ewropea, il-qagħda tagħna għal darb'oħra qed ikollha effett fuq il-preżent u l-ġejjieni tagħna. L-Unjoni Ewropea tista' tgħin aktar - mhux lilna biss - iżda lin-nies li jridu jaħarbu minn pajjiżhom. Bil-qsim tat-toqol ta' din il-problema inkunu biss qed nifirxu l-invażjoni fuq medda akbar, irridu nħarsu lejn l-għajn ta' din il-problema.

Monday, August 11, 2008

Iżolament

Isolation is a dream killer. Barbara Sher

Iżolament fiżiku. It-traġedja tas-Simshar għadha tidwi ġo moħħna l-problemi li jista' jiltaqa' magħhom bniedem meta jinqata' mill-bqija tad-dinja. Hawnhekk kien hawn prova ċara kemm il-bniedem huwa dipendenti fuq it-teknoloġija. Malli din tfalli niġu lampa stampa mar-realta' tas-sitwazzjoni. Rajna wkoll il-bżonn l-importanza tal-koperazzjoni. L-unione fa la forza jgħidu u jidher li l-pjan ta' salvatagg ta' dawn l-imsejjkna mhux dejjem kien jirrifletti dan. Vapur b'żewġ kaptani ma jimxiex. Aħseb u ara meta kulħadd irid jgħid tiegħu.


There's a real purity in New Zealand that doesn't exist in the states. It's actually not an easy thing to find in our world anymore. It's a unique place because it is so far away from the rest of the world. There is a sense of isolation and also being protected. Elijah Wood


Iżolament ġeografiku. Bħal kull gżira oħra, Malta tiddependi ħafna fuq il-kuntatt kontinwu mal-pajjizi ġirien tagħha ... u d-dipendenza fuqhom. Dan rajnieh il-ġimgħa l-oħra meta minħabba żball minimu ta' kuntrattur il-biċċa l-kbira ta' Malta inqattgħet mill-bqija tad-dinja. Fost l-affarijiet inkwetanti li dan l-iżolament kien ifisser, deher biċ-ċar kemm il-kunċett tal-kompetizzjoni u l-privatizzazzjoni mhux bilfors hija dejjem xi ħaġa sabiħa. Minħabba l-kompetizzjoni li teżisti bejn l-operaturi l-kbar f'dan il-qasam, dawn mhux bilfors li meta tidhol kwistjoni ta' sigurta nazzjonali jaħdmu fl-interess tal-pajjiż. Jista' jkun li dawn jahsbu aktar fl-interess ta' buthom. L-ghadha tal-inċident, l-operatur li baqa' għaddej bis-servizzi tiegħu, ħareg reklam biex iffakkar lill-klijenti tiegħu (u klijenti prospettivi) li magħhom dejjem tkun imqabbad mal-bqija tad-dinja. Lill-hin min din ir-rivalita' u b'rejazzjoni għall-dan l-iżolament ġeografiku, ftakart fil-privatizzazzjoni tas-Sea Malta. Malta issa tiddependi assolutament fuq il-barrani fejn jidħol trasport Marittimu. F'każ li l-operatur iqum b'bajda imdawwra, Malta hija maqtugħa minn fuq ir-rottot marittimi. Fl-opinjoni tiegħi, tkun ġennata akbar, jekk il-Gvern (li jidher li jrid ibiegħ kull sehem li għandu f'korporazzjonijiet) ibiegħ is-sehem tiegħu tal-Air Malta għax hekk inkunu iżolajna ruħna assolutament mill-bqija tad-dinja u nkunu niddependu 100% f'idejn il-privat.


If isolation tempers the strong, it is the stumbling-block of the uncertain. Paul Cezanne

Iżolament? Ir-rikonferma ta' Jason Micallef bħala Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista qajmet reazzjoni varja fil-poplu Malti. Għalkemm kulħadd qiegħed fil-vena tal-vaganzi, din il-ħatra xorta kienet l-aħbar tal-ġurnata. Min fetaħ ix-xampanja għax rebaħ u min qal li fetaħ ix-xampanja għaliex issa l-Partit Nazzjonalista ser jagħmel ħmistax il-sena oħra fil-Gvern. Naħseb li Joseph irid jiftaħ par widejn kbar ħafna għax jingħad x'jingħad, kien hemm min ħa gost ħafna imma kien hemm min iddarras ħafna ukoll. U hawnhekk m'inhiex nitkellem fuq iċ-
ċrieki ta' ġewwa biss, imma qed nitkellem fuq il-perċezzjoni ġenerali li fl-aħħar mill-aħħar hija il-bażi tal-elettorat. Mill-banda l-oħra, nies bħal Amanda Ciappara nissuġerila li tkompli tixrob ix-xampanja u tiċċelebra kemm trid la tieħu gost tagħmel hekk. Fuq kollox hawn nies li jħossuhom kkkuuuwwwl li jidamdmu biex jaħarbu r-realta'.

Monday, August 4, 2008

Ġungla ta' Reklamar

Riċentement, rajna fenomenu ġdid fil-qasam tar-reklamar hawn Malta. Kartelluni żgħar imwaħħla fil-għoli ma' l-arbli tad-dawl fit-toroq arterjali. Ġieli qbadt lili nnifsi nipprova naqra l-kliem ċkejken li jkun hemm stampat fuqhom u ċert li mhux waħdi naħseb li dawn huma distrazzjoni mis-sewqan. Jekk għandhom permess jitwaħħlu hemm, min ħareġ dan il-permess, għamel studju ta' l-effett li dawn jistgħu ikollom fuq is-sewwieqa?
Nissusspetta li l-uniku studju li sar huwa wieħed finanzjarju ta' kemm ser iħallu qliegħ u niġu naqgħu u nqumu mill-periklu li nkunu qed noħolqu. J'Alla min ħa din id-deċiżjoni jsib ir-raġuni ċivika u jreġġa' lura dan il-"progress".