Showing posts with label local politics. Show all posts
Showing posts with label local politics. Show all posts

Monday, June 2, 2008

No politics please, we're Maltese

Il-ġimgħa l-oħra mort nara' esebizzjoni tal-fotografu veteran Joe Camilleri. Dan il-fotografu ta kopja tal-wirt tiegħu fejn fih ħalla numru sostanzjali tax-xogħlijiet artistiċi tiegħu lill-Kollezzjoni Nazzjonali. Filwaqt li nfaħħar dan il-ġest nobbli u nħeġġeġ lil aktar artisti illi jieħdu dan il-pass, dan l-artiklu nixtiequ jieħu vija kemmxejn differenti. Il-ħsieb ġie mill-fatt illi Joe irnexxilu jilħaq teknika illi llum faċilment nistgħu nagħmluha permezz ta' programmi tal-kompjuter. Il-kobor tar-ritratt huwa illi dan irnexxilu jibnieh manwalment sabiex iwassal messaġġ. Il-qofol tal-ħsieb huwa l-fatt illi llum għalkemm għandna il-meżżi ma' nagħmlux dak l-isforz biex immorru oltre bħal ma' għamel dan l-artist.

Id-diskors kollhu huwa kemmxejn differenti. Fix-xena lokali ta' dawn l-aħħar snin ftit li xejn tara jew tisma' messaġġ politiku. Il-Kultura Maltija donnha maqtugħa kompletament mill-isfera politika. Il-ftit politika li rajt fi produzzjonijiet / riproduzzjonijiet Maltin kienet tevolvi l-aktar madwar l-ambjent (li qed tiġi f'moħħi huma d-diski f' Karavan Petlor bħal Merill Bang Bang jew attivitajiet aktar estensivi bħal ma' hija l-Earth Garden) . Il-ftit attivitajiet b'kummenti politiċi diretti huma kollha satira' tat-tip li jtellgħu iz-Zoo u Bla Kondixxin. Ftit li xejn kritiika bis-sens u kostruttiva. Donnhu il-lament hija waħda personali u mhux soċjalli. Tgħid sirna egoisti żżejjed?

Dan jikkontrasta ħafna mat-tmeninijiet fejn l-isfida politika ta' dak iż-żmien kienet tradotta f'kontro kurrent qawwi. Dawk li għexu dawk iż-żmiinijiet kollha jiftakkru bil-kultura underground ta' Tigne'. L-ironija hi, li l-Gvern li tant kienu qegħdin jopponu f'dawk iż-żminijiet, provda post (garaxxijiet u kappella abbandunata) fejn setgħu jitellgħu dawn l-attivitajiet u jirihersjaw dawn il-gruppi tejatrali u mużikali. Kien post ta' krejattivita u angst politiku li naħseb qatt aktar ma' rajna bħalu. Ħafna minn nies tal-media tal-llum (inkluż Peppi) huma prodott ta' dak iż-żmien u dak l-ambjent. Illum għandna Ċentru tal-Kreattivita staġnat u b'vakum politiku qawwi. Xbajt nara' l-istess stili ta' esibizzjonijiet b'nuqqas kbir ta' messaġġ politiku (fis-sens wiesgħa) u naqaw fl-istess cliches. Donnha l-arti tal-llum tikkonsisti kummenti fuq religjon, ambjent, abbort u suġġetti simili. Il-politika hija individwalista. L-istili u l-kontenut nistħajilhom il-boom tal-ħwienet tad-dvds. Għamel suċċess xi ħadd u jkollok perjodu bl-istess djalettika. Ġie Benigni Malta u għamilna ġimgħat naraw forom ta' arti diversi inspirati minn dan l-attur.

Lura għat-tmeninijiet il-ħsieb xellugi kien rapreżentat mill-Politeatru, li kienu jtelllgħu firxa wiesgħa ta' arti b'messaġġ xellugi qawwi. Illum ma' fadal xejn minn dan.

Tgħid dan huwa prodott ta' apatija? stmerrijja? biza' mill-politika lokali? Jekk tattakka l-gvern u l-esponenti tiegħu iwaqfulek il-program minn fuq it-tv. Jekk tattakka il-ħsieb xellugi ituk promotion u jdaħħluk mal-WE fuq l-istazzjon nazzjonali. Donnhu l-politika saret tiġi diskussa minn Lou, Peppi, Pierre, Reno, Charlon u Simone biss ... u taħt forma ta' diskussjoni serja. Naħseb li għall-kuntrarju ta' Joe Camilleri, illum għandna l-għodda kollha imma mhux nużawha.