Ċerti kliem bħall-miniskirts – ġieli moda, ġieli le. Dan l-aħħar snin, madwar id-dinja kollha sar imisshom kliem bhal riċerka, innovazzjoni u kreattivita, u xbajna nisimgħuhom.
U la r-riċerka sirna nagħtuha tant importanza, kelli tama kbira fil-ftehim kollettiv ġdid li l-gvern kien qieghed jinnegozja mal-unions li jirraprezentaw l-akkademici ta' l-Universita. Sal-llum, l-Universita ta'
Spikkat klawżola ġdida li tgħid li s-sieghat regolari tat-tagħlim l-Universita huma mit-tmienja ta' filgħodu sat-tmienja ta' filgħaxija. Il-lecturers jistgħu jintalbu jagħtu lectures f'dawk il-ħinijiet bħala parti mix-xogħol regolari tagħhom. U żgur, b’dan il-mod, nistgħu nikkrejaw evening courses u nżidu s-siegħat li l-lecturers jgħallmu mingħajr ma nħallsu iżjed. Ta' min jgħid li xogħol lecturer maqsum bejn lecturing, riċerka u xogħol ammintrattiv. Kull siegħa li jgħallem iżjed, hija siegħa inqas mir-riċerka. Vera li, kif tghid klawzola fil-ftehim, ir-riċerka ma għandix tkun ghad-detriment tat-tagħlim, iżda huwa wkoll il-każ, dak li ma jingħad imkien fil-ftehim, li t-tagħlim m'għandux isir għad-detriment tar-riċerka. Minkejja sistema kkumplikata proposta biex tkejjel kemm lecturers qegħdin jitfu enerġija fil-lecturing, ma tissemma mkien ebda
Ir-riċerka ma tissarrafx f'effett pożittiv fuq l-ekonomija waħidha. Ir-riċerka issarraf biss fi flus meta tisfruttataha. Pajjiżi oħrajn jinkoraggixxu lil min joħroġ b'idejat li jistgħu jiġu kkummercjalizzati – saħansitra f'ċerti pajjiżi tista tieħu sa tlett snin b’paga sħiħa sabiex tipprova tikkumerċjalizza l-idejat tiegħek, u li jibqgħu tiegħek, u tgawdi l-frott tagħhom int. Hawnhekk qed nipproponu li l-Universita l-ewwel ma' għanda dritt tikkumerċjalizza l-idejat tar-riċerkatur, u jekk tagħmel dan, tagħti lill-oriġinatur ta' l-ideja biss terz tal-qliegħ. Jekk l-Universita tiddeciedi li mhux vallapena, l-originatur jista jiprova hu, basta jaghti lill-Universita persentaġġ sostanzjali tal-qliegħ li jagħmel fuq l-idejat tiegħu. Kumpaniji kbar nagħtuhom kundizzjonijiet preferenzjali fuq taxxi, nagħtuhom art u diversi vantaġġi oħra sabiex jarmaw ġewwa pajjiżna, u jsaħħu l-ekonomija. Startups ġodda pero, nieħdu ħsieb li l-gvern, f'isem l-Universita, iżomm sehem sostanzali ta’ li jipproduċu.
Bdejt billi għidt li naħdem fir-riċerka. Taħt dawn il-kundizzjonijiet il-ġodda, forsi ta' min nirrevedi dak li għidt. Wieħed mill-passatempi tiegħi huwa r-riċerka.
Thursday, November 6, 2008
Passatemp
Posted by Gordon Pace at 8:26 AM
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
4 comments:
Naqbel mieghek perfettament fuq l-argument li qieghed targumenta dwaru. Imma rridu noqoghdu attenti li ma nigeneralizzawx ghax mhux kull persuna ghandha l-istess beggrunu.
Ir-ricerka tinsab taht theddida fil-bicca l-kbira tad-dinja tal-punent, rizultat ta' politici fil-poter li ghalihom l-ewwel il-voti u mhux il-progress jew le tal-pajjiz. Hemm hafna tama f'Barack Obama. Issa naraw jekk l-Ewropa tkunx lesta timxi fuq l-ezempju tieghu....dejjem jekk ihalluh jahdem dawk li dejjem kienu ghedewwa tal-progress, it-tiftix u t-tigdid tal-hajja tal-bniedem.
Ohrog ghal politka.
"Those who are too smart to engage in politics are punished by being governed by those who are dumber.", l-ghaziz Plato
artikolu tajjeb hafna. jien qrajtu tard forsi, imma ilu ma jkolli ftit hin biex naqra il-manocca.
Post a Comment