Wednesday, December 3, 2008

Salbu! Salbu!

Kont kwazi konvint li ser nikteb xi ħaġa dwar l-effetti siżmiċi li ħalliet warajha il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista u l-operazzjoni fina sabiex tinbidel ir-rotta ta’ ħsieb f’dan il-moviment. Kont ukoll qed niddibati l-ġirja għall-Parlament Ewropew fejn jidher biċ-ċar li kulħadd beda jagħmel il-warming up għall-isprint finali li jibda minn Jannar – min b’kandidati iddikjarati u min b’kandidati skjerati fit-tieni fillira. Imma ma’ flaħtx ma ndawwarx fehmti!

Kont qed inqalleb fil-blog ta’ George Pullicino u tfixkilt fi bloggata taħt l-isem Inneħħu l-Kurċifiss? Għal bidu kont ser naghmel ġest kattoliku u nrodd is-salib meta ħadt l-impressjoni li l-Ministru qed jaqleb progressiv. Iżda malajr intbaħt li dan ma kien minnu xejn, anzi waqa’ f’konservatiżmu u fundamentaliżmu għar minn dak tat-talibani. Dan is-sens ta’ Malta Kattolika allura trid tinkina quddiem dan is-simboliżmu, jgħoġbok jew ma jgħoġbokx hija nkwetanti. Sa ftit ta' żmien ilu kulħadd kien jitkaża bil-xenofobija assurda ta’ Norman Lowell tant li wasslu biex tellugħ il-qorti u waħħluhulu għax issa lanqas għall-MEP ma jista’ joħroġ. Allura minħabba f’dan l-artiklu lill-George Pullicino ħa nagħmlulu l-istess u nniżluh minn Ministru?

Meta kont żgħir u kont għadni nattendi l-iskola primarja kelli tifla fil-klassi tiegħi li l-ġenituri tagħha kien jiprattikaw reliġjon oħra. Din kienet ittimbrata bħala stramba għaliex fil-ħin tal-lezzjoni tar-reliġjon din ma kienetx tipparteċipa. Sfat emarġinata għax kienet differenti. Ma nistax nifhem din id-dikotomija f’dan il-pajjiż. Fuq naħa għandek bidla radikali ħali inbidlu anke l-kotba ta’ l-iskola biex issa l-istruttura tal-familja ma tibqax dik klassika ta’ l-omm u l-missier imma li naghtu possibilta ta’ familja b’ġenitur wieħed u anke bil-possibilta ta’ partner (għadna ma wassalniex li naċċettaw li l-partner ikun ta’ l-istess sess). Min banda l-oħra issib nies mill-ogħla istituzjoni ta’ pajjiżna li jitkellem b’dan il-mod faxxista.

Daqs kemm ma jaqbadnix il-bard meta nara kampanji illoġiċi bħal ma’ huma tal-Gift of Life li jitkellmu b’estremiżmu liema bħalu u li mhux dehen għall-soċjeta ċivili bħal m’hi tagħna. Ma noġezzjonax għall-kontenut per se (għalkemm ma naqbilx miegħu). Noġġezzjona għat-ton padroniżżanti. U ninkwieta l-aktar għaliex bħal mal-liġi tal-familja (ċivili) ġiet iddominata mill-liġi tal-Knisja, dawn in-nies qed jitkellmu li jridu jbiddlu il-Kostituzzjoni. Jinkwetani George Pullicino li jitkellem fuq dak li għamel Zappatero mhux bħala stat ta’ fatt imma biex jitfa dell ikraħ fuq ħsieb progressiv li fil-priċipju mhuwiex kontra ir-reliġjon imma huwa kontra in-nuqqas ta’ inklussivita. Raġunament li huwa favur l-iżolament ta’ settur ta’ nies li kapaċi lanqas għandhom sens jafu il-għala hemm min jemmen mod u min jemmen mod ieħor.

3 comments:

Sean Vella-Caruana said...

I agree about tolerance, but disagree about removing crucifixes.

I must admit that Goerge's article gave me a cold shiver as I felt it being of extreme right nature and he had the tone of an Inquisitor.

The original reasoning (which won court cases in UK) was that Muslims are forbidden to use icons.
Therefore due to the fact that they cannot hang their own icon next to a Christian icon, then the Christian icon has to be pulled down.

In my opinion this is neither equality nor tolerance!

Additionally, although orthodox Muslim religion forbids the use of icons, Muslims do have icons, namely the Moon you see on every Mosque, the Khamza (a Muslim good luck charm), and the beautiful calligraphy of the word Allah

The implementation of tolerance and equality, should be one that puts Muslim, Jewish, Buddhist, Christian, Mormon Hindu or whatever religion on curricula, and one that allows everybody to put his/her icon in public places if he/she so wishes.

If one religion is forbidden from openly and freely putting up their icon in a public place, then that is oppression in its own right.

Keith Grech said...

Prosit Russell,

Certi politici Maltin (mhux biss Nazzjonalisti) jqabduk il-bard bil-mentalita oppressiva taghhom.

Igieghluk tahseb li Malta ghadha fiz-zminijiet tad-dlam tal-medju evu.

Keith Grech

Russell Muscat said...

Sean,

Fl-ebda mument jien ma dhalt fil-mertu jekk ghandnix inhallu is-salib fil-klassi jew le u lanqas huwa fl-interess tieghi. Kulhadd ghandu dritt jaghmel u jghid li jrid. L-argument tal-artiklu mhux fuq il-kontenut izda fuq it-ton ergo it-toleranza (u ghalhekk ghazilt dak it-titlu). Huwa fuq kif istituzzjonijiet li jirraprezentaw lill-poplu jitkellmu b'dak il-mod u ma jigux imwiddba.Hija essenzjalment fuq il-liberta tal-espressjoni.