
Waħda mill-affarijiet li jaffaxxinawni fis-sistema politika Maltija hija in-nuqqas ta' separazzjoni bejn it-twemmin personali u l-istat. Jekk hux topponi divorzju fil-liġi ta' l-istat fuq bażi ta' twemmin reliġjuż, jew jekk tridx iddaħħal klawżola li tagħmel l-abort anti-kostituzzjonali, din l-atitudni tbeżżagħni. Forsi kieku ma ġewx l-Ingliżi, u żammejna l-liġi sekulari li ġiet mponuta fuq Malta taħt il-Franċiżi, forsi konna nkunu aħjar.
Din il-konfużjoni ma tieqafx hemm. L-anqas nafu naqtgħu linja bejn l-istat u l-partit. Din il-ġimgħa rajna lil Paul Borg Olivier jibagħat email jitlob lil rapreżentanti ta' l-istat jgħaddu informazzjoni lill-Partit Nazzjonalista. Jekk jien inkellem lil ministru, m'inix inkellmu bħala kandidat ma' partit jew ieħor. Qed inkellmu bħala rapreżentant ta' l-istat. Daqshekk diffiċli naqtgħu linja dritta?
Hemm il-Prim Ministru u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Hemm il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Kap tal-Partit Laburista. Fiż-żewġ każi, persuna waħda, imma żewġ karigi differenti. Daqshekk diffiċli li narawhom differenti?



2 comments:
xi hadd ghandu ahbar kif marret il-laqgha bejn il Unions u K. Re?
Ma ftehmu fuq xejn....u kollox tar mas-sema.....!
Post a Comment