Monday, August 25, 2008

Id-don li tagħti

Waħda mill-pjaciri fil-ħajja huwa d-don li tagħti. Xi sitt snin ilu jien u l-mara għamilna sitt ġimgħat il-Peru. Wasalna Arequipa u sirna nafu li hemm qassis Malti li ddedika ħajtu għall-missjoni f'waħda mid-distretti ta' din il-belt vasta. Għamilna minn kollox biex insibuh imma deher li t-tfittxija tagħna ma kienetx ser tħalli frott. Sakemm morna l-Posta tal-lokal u ttantajna xortina li nsaqqsu raġel li kien qed jaħdem hemm. Kif semmejna isem Dun Ġwakkin għajnejn dan ir-raġel xegħlu u qallina li dan il-qassis kien jikkunsidrah bħala missieru. Tana in-numru fejn nistgħu inċemplu u dan qallilna li l-għada filgħodu kien ser jiġi għalina biex idawwarna fil-lokal. L-għada, fil-ħin miftiehem, sibna raġel anzjan jistennina u mill-ewwel intbaħna li kienet il-persuna li konna qed nistennew. Dun Ġwakkin ħadna naraw il-ħidma li kien qed jagħmel f'din il-belt hekk kbira mimlija b'nies foqra ta' vera, tfal abbandunati u sfruttati. Meta ħadna f'waħda mill-knejjes li dan kien iserrvi fihom konna milqugħa b'ċorma kbira ta' tfal kollha jifirħu u jilgħabu ma' dan il-qassis ta' kważi sebgħin sena. Ħadna id-dar tiegħu u minnufih ilmaħna dak ir-raġel li konna ltaqajna miegħu il-Posta. Dun Ġwakkin kien rabba ħamest itfal matul perjodi differenti u fetaħ daru għalihom. Dan kien l-iżgħar wieħed mill-ħamsa u li issa kien kiber, iżżewweġ u kellu tifla ta' ħames snin. Dan, flimkien ma' martu u t-tifla, baqqgħu jixgħu fid-dar ta' dan il-qassis u din it-tifla ċkejkna kienet tqis lill-Dun Ġwakkin bħala n-nannu. Hawnhekk stajt nara l-ferħ vera li jġib miegħu meta wieħed jagħti. Ferħ li ħadd ma' jista jiddiskrivieh.

F'waħda mill-kitbiet tiegħi tal-bidu meta ffurmajna Il-Manoċċa kont għamilt referenza għal wirja ta' fotografija retrospettiva tal-fotografu veteran Joe Camilleri. Joe kien ħass li wasal punt f'ħajtu li dak ix-xogħol kollhu li għamel f'ħajtu ried jiġbru kollu f'kollezjoni waħda u li jiktiba fil-wirt tiegħu bħala donazzjoni lil Heritage Malta biex tiddaħħal fil-Kollezzjoni Nazzjonali. Lill-Joe kelli ċans inkellmu fit-tul dwar dan il-ġest hekk sabiħ u ddeterminazzjoni li din il-persuna kellha biex tirregala xogħlha wara mewta kienet waħda li ħalliet impressjoni fuqi. L-iskop ma' kienx biss li jagħmel din l-għotja iżda biex iħeġġeġ nies oħra biex isegwu l-eżempju tiegħu. Ġimgħatejn wara t-tmiem ta' din l-esebizzjoni, Joe miet.

L-istess ħaġa ġara ftit tal-ġimgħat ilu fejn l-avukat Albert Ganado ta lill-Heritage Malta kollezjoni imprezzabli ta' mapep ta' Malta (madwar 450) li huwa ikkollezzjona u rriċerka matul ħajtu kollha. L-Avukat Ganado huwa awtorita' mondjali fejn tidħol kartografija ta' Malta u l-istudji kbar li għamel nistgħu insibuhom f'kitbiet dettaljati. Fost il-mapep li ħalla nistgħu insibu kollezzjoni li saru fi żmien l-Assedju l-Kbir, u li fihom nistgħu naraw perjodikament l-iżviluppi li kienu qed isiru f'dan il-mument storiku. Wieħed ta' min ifaħħar ukoll, il-ftehim u l-qbil unanimu miż-żewġ naħħiet tal-Parlament sabiex dan it-trasferiment mingħand il-familja Ganado settat isseħħ.

Ġesti nobbli bħal dawn isiru kontinwament u ta min li nibdew nitkellmu aktar dwarhom!

4 comments:

Unknown said...

Well well well......

Anonymous said...

I agree fully with the conclusion of this article, and its wide connotations.

In the Media Worldwide, and Malta is of no exception, we only hear about bad news.

It is because sex and bad news are the easiest to sell. But should this remain so?

Is the Media just one of the humble servants of Mammon??

Indeed there should be a radial change in the Media.

News like what Russel has just posted should be Headline News in our media, and followed with long discussions on other media and chat shows about the matter.

It is about time that sensationalism is taken out of the Media, and publish that which is of High Values.

Anonymous said...

Ma nafx ghaliex kitba bil-Malti jsiru kummenti bl-Ingliz ghaliha. Kemm se ndumu ghazzenin intellettwalment? Imbaghad biex tghaxxaqha, jiktbu Ingliz hazin, kwazi infantili. Prosit, Russel tas-suggett li qbadt. Imma nnehhuha minn rasna li l-Medja se tibdel l-atteggjament taghha. Sfortunatament, "l-ahbarijiet" sbieh ma jaghmlux ahbar.

blogger said...

Life hija tajba Meta inti għandek dawk l-imħabba tiegħek madwar inti, I am qal dan meta i Minħabba li l-kwistjonijiet serp ma 'lover tiegħi u qatt ħajja meqjusa bħala ħaġa tajba, iżda grazzi għall Dr AGBAZARA ta AGBAZARA TEMPLE, għall tgħin me li jitfa jespliċitaw Li brought lover tiegħi lura lili Fi ħdan l-ispazju tal 48hours. Raġel tiegħi telqu lili għall-mara oħra wara 7years ta 'żwieġ, iżda Dr.AGBAZARA għinni mitfugħa jespliċitaw lilu li jinġiebu lura lili fi ħdan il-48hours. I am not se jgħidlek aktar dettalji dwar myself Pjuttost i se biss jagħtik parir dawk li qed ikollhom kwistjonijiet relazzjoni fil hemm jew dak Żwiġijiet Dr.AGBAZARA TEMPLE permezz dettalji ta 'kuntatt permezz proposition; (agbazara@gmail.com) jew agbazara@gmail.com
LUCY mill-Istati Uniti.