Nikita Anand - Attriċi - Skond Daphne, ommha w missierha kellhom joqogħdu aktar attenti.
F'artiklu riċenti, Is-Sinjura Caruana Galizia tagħti fehmta dwar id-diskriminazzjoni pożittiva, l-ismijiet, u ħwejjeġ oħra. Id-diskriminazzjoni pożittiva xorta hija diskriminazzjoni, veru. Ma! X'biża', qbilt ma' Daphne! Stramba li Daphne ma ssemmix liż-żewġ kunsilliera tal-partit ewlieni l-ieħor li ntgħażlu bi klawsola simili!Daphne, bil-mod arroganti u omnipotenti tagħha qed tagħti parir lil ġenituri li joqogħdu attenti kif jagħżlu l-ismijiet għat-tfal tagħhom. Għamilt tiftixa għall-istampi bil-Google u ngħidilkom li kkonvinċejt ruħi li l-isem Nikita joqgħod tajjeb għal membru tas-sess femminili!
Jista' jkun li mhux kull każ huwa hekk, imma Nikita Alamango m'għandiex bżonn isem biex jagħtiha palata għall-identifikazzjoni sesswali tagħha! Prosit Nikita, għandna bżonn aktar persuni enerġetiċi bħalek.




0 comments:
Post a Comment