Monday, August 11, 2008

Iżolament

Isolation is a dream killer. Barbara Sher

Iżolament fiżiku. It-traġedja tas-Simshar għadha tidwi ġo moħħna l-problemi li jista' jiltaqa' magħhom bniedem meta jinqata' mill-bqija tad-dinja. Hawnhekk kien hawn prova ċara kemm il-bniedem huwa dipendenti fuq it-teknoloġija. Malli din tfalli niġu lampa stampa mar-realta' tas-sitwazzjoni. Rajna wkoll il-bżonn l-importanza tal-koperazzjoni. L-unione fa la forza jgħidu u jidher li l-pjan ta' salvatagg ta' dawn l-imsejjkna mhux dejjem kien jirrifletti dan. Vapur b'żewġ kaptani ma jimxiex. Aħseb u ara meta kulħadd irid jgħid tiegħu.


There's a real purity in New Zealand that doesn't exist in the states. It's actually not an easy thing to find in our world anymore. It's a unique place because it is so far away from the rest of the world. There is a sense of isolation and also being protected. Elijah Wood


Iżolament ġeografiku. Bħal kull gżira oħra, Malta tiddependi ħafna fuq il-kuntatt kontinwu mal-pajjizi ġirien tagħha ... u d-dipendenza fuqhom. Dan rajnieh il-ġimgħa l-oħra meta minħabba żball minimu ta' kuntrattur il-biċċa l-kbira ta' Malta inqattgħet mill-bqija tad-dinja. Fost l-affarijiet inkwetanti li dan l-iżolament kien ifisser, deher biċ-ċar kemm il-kunċett tal-kompetizzjoni u l-privatizzazzjoni mhux bilfors hija dejjem xi ħaġa sabiħa. Minħabba l-kompetizzjoni li teżisti bejn l-operaturi l-kbar f'dan il-qasam, dawn mhux bilfors li meta tidhol kwistjoni ta' sigurta nazzjonali jaħdmu fl-interess tal-pajjiż. Jista' jkun li dawn jahsbu aktar fl-interess ta' buthom. L-ghadha tal-inċident, l-operatur li baqa' għaddej bis-servizzi tiegħu, ħareg reklam biex iffakkar lill-klijenti tiegħu (u klijenti prospettivi) li magħhom dejjem tkun imqabbad mal-bqija tad-dinja. Lill-hin min din ir-rivalita' u b'rejazzjoni għall-dan l-iżolament ġeografiku, ftakart fil-privatizzazzjoni tas-Sea Malta. Malta issa tiddependi assolutament fuq il-barrani fejn jidħol trasport Marittimu. F'każ li l-operatur iqum b'bajda imdawwra, Malta hija maqtugħa minn fuq ir-rottot marittimi. Fl-opinjoni tiegħi, tkun ġennata akbar, jekk il-Gvern (li jidher li jrid ibiegħ kull sehem li għandu f'korporazzjonijiet) ibiegħ is-sehem tiegħu tal-Air Malta għax hekk inkunu iżolajna ruħna assolutament mill-bqija tad-dinja u nkunu niddependu 100% f'idejn il-privat.


If isolation tempers the strong, it is the stumbling-block of the uncertain. Paul Cezanne

Iżolament? Ir-rikonferma ta' Jason Micallef bħala Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista qajmet reazzjoni varja fil-poplu Malti. Għalkemm kulħadd qiegħed fil-vena tal-vaganzi, din il-ħatra xorta kienet l-aħbar tal-ġurnata. Min fetaħ ix-xampanja għax rebaħ u min qal li fetaħ ix-xampanja għaliex issa l-Partit Nazzjonalista ser jagħmel ħmistax il-sena oħra fil-Gvern. Naħseb li Joseph irid jiftaħ par widejn kbar ħafna għax jingħad x'jingħad, kien hemm min ħa gost ħafna imma kien hemm min iddarras ħafna ukoll. U hawnhekk m'inhiex nitkellem fuq iċ-
ċrieki ta' ġewwa biss, imma qed nitkellem fuq il-perċezzjoni ġenerali li fl-aħħar mill-aħħar hija il-bażi tal-elettorat. Mill-banda l-oħra, nies bħal Amanda Ciappara nissuġerila li tkompli tixrob ix-xampanja u tiċċelebra kemm trid la tieħu gost tagħmel hekk. Fuq kollox hawn nies li jħossuhom kkkuuuwwwl li jidamdmu biex jaħarbu r-realta'.

0 comments: