Monday, August 18, 2008

Illegali jew Irregolari?



Jew it-tnejn! Kultant nippruvaw inkunu ewfemistiċi u xi ħaġa mhix flokha jew li ddejjaq lil dak li jkun natuha laqta anqas negattiva. Nitkellem ma' ħafna nies u kull darba nkompli nsaħħaħ il-konvinzjoni tiegħi li dak li jħossu n-nies dwar l-immigrazzjoni illegali mhuwiex dak li huwa rifless fl-istqarrijiet u fid-diskussjoni pubblika. Donnu hemm ċertu tabù u kulħadd jibża' li jkun hemm min jittimbrah bħala razzist u min ikellmek b'mod meta tkun ras imb'ras miegħu jitkellem mod ieħor fil-pubbliku - imma mhux għax ipokrita.

Nitkellmu ħafna dwar l-integrazzjoni, kelma sabiħa u pożittiva li trid tiġi kkurata wkoll. Tfisser ħafna affarijiet differenti. Għalija tfisser li bħala immigrant fi kwalinkwe pajjiż, għandek terħi aspetti mill-kultura tiegħek u tibda tħaddan dawk tal-pajjiż li għażilt li tmur fih. Jekk nagħżel li mmur noqgħod l-Italja, nitgħallem id-drawwiet tagħhom u nimxi magħhom, għallinqas dawk li jaffettwaw lill-pubbliku. Ħafna drabi l-integrazzjoni ma sseħx għax li jiġri hu li l-immigranti jibnu soċjetà f'soċjetà oħra. Dawn is-soċjetajiet dejjem jikbru b'immigranti ġodda u permezz tal-wild ukoll - in-numri dejjem jiżdiedu. Insibu li aħna qed inċedu ftit ftit għal invażjoni siekta bla ħniena.

Raġel li għandu omm, missier, ħutu, forsi t-tfal ukoll, ikun imġiegħel iħallas dak kollu li jkun faddal matul ħajtu biex jaħrab minn art twelidu. Żgur li dan huwa att ta' disprament, kieku mhux hekk, min irid jitlaq u jħalli kollox warajh? Dan nifhmu u nifhmu sewwa wkoll - jekk irridu ntejbu s-sitwazzjoni ma nistgħux inħarsu biss lejn il-fruntieri tagħna imma rridu nħarsu lejn art dawn in-nies u dwar il-qagħda li ġġiegħlhom jissugraw ħajjithom biex jaħarbu.

Min jaf kemm intefqu flus u kemm kien hemm ideat biex jintagħżel isem l-aġenzija "Frontex" li suppost qed tkun fuq quddiem biex tgħin f'dan il-qasam. Kulħadd jaf li din falliet qabel ma bdiet u m'għamlet assolutament l-ebda differenza għal ħadd. Għal sekli sħaħ, il-qagħda ġeografika ta' Malta kienet imfittxija mill-qawwiet dinjin. Issa li aħna parti mill-qawwa Ewropea, il-qagħda tagħna għal darb'oħra qed ikollha effett fuq il-preżent u l-ġejjieni tagħna. L-Unjoni Ewropea tista' tgħin aktar - mhux lilna biss - iżda lin-nies li jridu jaħarbu minn pajjiżhom. Bil-qsim tat-toqol ta' din il-problema inkunu biss qed nifirxu l-invażjoni fuq medda akbar, irridu nħarsu lejn l-għajn ta' din il-problema.

1 comments:

blogger said...

Life hija tajba Meta inti għandek dawk l-imħabba tiegħek madwar inti, I am qal dan meta i Minħabba li l-kwistjonijiet serp ma 'lover tiegħi u qatt ħajja meqjusa bħala ħaġa tajba, iżda grazzi għall Dr AGBAZARA ta AGBAZARA TEMPLE, għall tgħin me li jitfa jespliċitaw Li brought lover tiegħi lura lili Fi ħdan l-ispazju tal 48hours. Raġel tiegħi telqu lili għall-mara oħra wara 7years ta 'żwieġ, iżda Dr.AGBAZARA għinni mitfugħa jespliċitaw lilu li jinġiebu lura lili fi ħdan il-48hours. I am not se jgħidlek aktar dettalji dwar myself Pjuttost i se biss jagħtik parir dawk li qed ikollhom kwistjonijiet relazzjoni fil hemm jew dak Żwiġijiet Dr.AGBAZARA TEMPLE permezz dettalji ta 'kuntatt permezz proposition; (agbazara@gmail.com) jew agbazara@gmail.com
LUCY mill-Istati Uniti.