Monday, July 21, 2008

Daphne u l-Edukazzjoni

Qrajt artiklu li kitbet is-sinjura Caruana Galizia l-ġimgħa li għaddiet dwar il-każ li qed jinstema' l-qorti t'għalliem u kap ta' skola li ġew intimidati u attakkati waqt il-qadi ta' dmirijietom ġewwa skola. Ħaditha qatta' bla ħabel kontra l-għalliema b'mod ġenerali u għajrithom li mhumiex kapaċi u li jridu jitħallsu ta' xejn.

Għandi rispett kbir lejn l-għalliema li kienu jgħallmuni matul is-snin, nemmen li trid dedikazzjoni biex tagħmel dak ix-xogħol u nistqarr li bl-imġieba tiegħi u ta' sħabi meta konna studenti, kien hemm drabi fejn għamilnihielhom diffiċli ħafna li jwettqu xogħlhom. Nammetti li huwa veru wkoll li bħall-ġurnalisti, ikollok dawk li huma tajbin ħafna, ngħidu aħna bħal Daphne, u jkollok xi wħud li jkollhom kwalitajiet anqas tajbin. Stramba li Daphne ssemmi l-edukazzjoni li rċieva binha, ma nafx jekk dan hux l-istess wieħed li wriena kemm jaf jitkellem ħażin u jkun anti-demokratiku ftit xhur ilu. Naħseb li kieku Daphne tifli ftit ir-realtà fl-iskejjel u fuq kollox fil-familji tal-lum issib li l-futur mhuwiex mera tal-passat. Milli kitbet ma tagħtinix x'nifhem li għandha idea tajba ta' l-iskejjel illum. Ma tistax tħares lejn il-qagħda ta' ħafna mill-iskejjel bħal dik fejn ġara l-każ minn lenti romantika, u mhux sewwa li tabbuża mill-poter li tagħtik il-mass media biex iżżeblagħ lill-edukaturi. Ħasra li nippruvaw nippreżentaw sitwazzjonijiet mhux reali u nċappsu u niġġeneraliżżaw mingħajr ma nafu dwar x'hiex qed nitkellmu. 

Minn qalbi nagħti prosit kbira lil mijiet t'għalliema li kontra dak li qed takkużahom bih Daphne jafu jaħdmu ma' klassi diffiċli (liema klassi mhix?) u li jagħmlu dan b'żelu u dedikazzjoni kbira. Nemmen li minflok inżebilgħuhom għandna nuru lilna nfusna grati lejhom.

Dwar Daphne, l-ispiżjar milli jkollu jtik! Minix nistenna li l-veleni li jniġġsu kitbietha jbattu, wara kollox, li ma kienx għal dan, ma tibqax relevanti!

10 comments:

Unknown said...

ovjament, fuq il kas ta l universita hi kwistjoni ta opinjoni hielsa.

Qatt ma smajt li hemm studenti u studenti, demokrazija u demokrazija.

Fejn komnt qed tghix?

Anonymous said...

F'Malta, demokrazija wahda biss naf li tezisti u generalment jissetjawa nies bhal daphne. Il-bqija jew kulhadd injorant jew inkella nies li jemmnu f'conspiracy theories. Dawk ta' ma Daphne ghandhom id-dritt tal-fuck you. L-ohrajn ara jitkellmu.

U ahjar ma' nitkellmux fuq studenti tal-universita. Dawk li jiehdu ghalihom jekk xi hadd jitkellem fuq dna imma mbaghad hallihom ha jghajjru lill-haddiehor.

Ahjar iqumu mir-raqda li reqdin l-studenti u jifthu ghajnejhom. Qeghdin jigu wisq brainwashjati!!!

Anonymous said...

Ghalkemm qed inbati biex niktibha, ikolli nghid li Daphne ghandha ragun. Veru li trid tnaqqas naqra mill-esagerazzjonijiet ghax il-mara, ikolli nghid, tigi mill-Baruni Munchausen, imma l-essenza ta' li qalet tibqa' veru.
Hawn ghalliema tajbin u hawn ghalliema hziena - bhal f'kull haga ohra. Hi kienet qed tghid ghall-ghalliema l-hziena, ovvjament. U ghal min jabbuza s-sistema.
Tafu daqsi - u jekk ma tafux allura ma jmisskomx tikkummentaw fuq certi affarijiet - li hawn ghalliema li jirriklamaw is-servizzi tal-privat taghhom waqt il-lessons. Anzi, jzommu naqra lura halli t-tfal ikollhom imorru privat ghandhom.
U dan x'jigifieri jekk teacher ikellem student - ovvjament trid tara x'qallu - tigi ommu jew missieru jaqbad lit-teacher minn xagharha u jkaxkarha nofs kurudur? Mela ghadna fi zmien il-hagar?
Naqbel ma' Daphne fuq din. dixxiplina naqset hafna. U jekk ma jridux li l-iskejjel jaqbdu n-nizla iridu jindirizzaw dil-problema.

Anonymous said...

L-istudent, fin-natura zghazugha tieghu huwa ribelluz imma haga ta' l-iskantament hawn Malta kollox bil-kontra.Jekk stipendji naqsu ma tkellmu xejn, jaccettaw b'ghajnehom maghluqa r-rizultati u meta jaghmlu revizjoni tal-karta lanqas dritt m'ghandom jaraw il-karta.Barra minn hekk jafu kemm kien hemm studenti li dendlulhom karrotta u webbluhom b'certu opportunatijiet u wara ftit snin spiccaw barra bl-iskuza li m'ghaddewx.Jien ma nafx kif intom se tkunu l-mexxejja taghna fil-futur meta l-anqas kapaci tiggieldu ghad-drittijiet taghkom ahseb u ara tal-pajjiz.

Anonymous said...

naqbel perfettament ma' dak li kiteb emile. prosit tal-post tieghek.

Anonymous said...

Proset Emile. Erba' kelmiet bis-sens.
Min jaf kif kienet tkun il-kontribuzzjoni ta' DCG kemm il-darba minflok il-vittma jkun ghalliem, il-vittma jkun xi gurnalist jew membru tal-media??!! Kienet tiehu l-istess pozizzjoni fil-kitba taghha u tghid li l-gurnalisti m'humiex kapaci jaghmlu xogholhom u qed jithallsu ghal xejn, jew tohrog tattakka u tghajjar 'barbaru' lill-aggressur/i??!!

Nistieden lil DCG sabiex la tibda s-sena skolastika li jmiss tinza l-kappell ta' gurnalista u tidhol fil-klassi ha tara hi b'ghajnejha u thoss b'ideja r-realtajiet tas-socjeta' Maltija tal-prezent. Gurnalizmu serju jitlob investigazzjoni, u f'dan il-kaz DCG zgur naqset illi taghmlu.......jekk ghamlitu u r-rizultati li gabret wassluha sabiex tikteb dak li kitbet, allura nasal biex nghid li x'imkien hemm xi imma!!!!

Anonymous said...

fabrizju, jek ghadek tahseb li l universita hemm opinjoni hielsa, ghandek bzonn tqum naqra mir raqda ta. sebah. qum. mur ahsel wiccek. univ = garbage in garbage out.

Xi darba daphne imissu ikollha l hegga tmur tghallem, imqar kindergarten, minflok tistahba wara kompjuter u ittekktek naqra velenu. Min jaf x tista tghallem eh.... WITCH CRAFT?! zapatero

Anonymous said...

kermenoo, ma nafx kif tista' taghti ragun lil DCG. Fil-kitba taghha hassejt li tefghet lil kulhadd f'qoffa wahda u hawnhekk zbaljat. Ma naqbilx mieghek li h awn ghalliema hziena. Jiena nghid li hawn ghalliema tajbin hafna, ohrajn tajbin u ohrajn anqas tajbin, izda dawn ta' l-ahhar ukoll huma tajbin!!

Nahseb li semmejt kaz fejn jekk taf b'persuni li jaghmlu hekk immissek tiehu l-passi. Inhoss li qed titfa' hafna akkuzi minghajr ma tikkonkludi. Jekk nara abbuz jien fid-dmir li nirraportah, mela jekk int taf b'xi abbuzi li qed iairu u m'intix tirraporta qed tonqos min dmirijietek!!

Ghalfejn naqset id-dixxiplina? Qawl ingliz jghid li education begins at home, u fl-opinjoni tieghi l-edukazzjoni Maltija ghandha din l-iskaluna nieqsa. Bil-hajja 'moderna' tal-lum, l-ulied mhumiex jiehdu l-ewwel edukazzjoni, dik bazika mill-genituri taghhom. Il-maggoranza tal-genituri jahdmu t-tnejn, ftit ilu hareg survey fejn indika li aktar terz mill-istudenti li ghandna fl-iskejjel ghandhom genitur wiehed, dawn kollha huma fatturi li qed jaffettwaw it-trobbija fl-ewwel snin.

Facli naqbu u nippuntaw subghajna lejn dak u l-iehor, jew anke is-sistema, li nemmen li trid tinbidel sabiex tkun tirrifletti u taqdi l-bzonnijiet tal-generazzjonijiet li telghin.

Josef Borg said...

Qed nghixu f'pajjiz demokratiku suppost fejn issib poplu pjuttost kwiet, idum jissaporti jaqla'fuq wiccu. Daphne ghandha dritt tikteb li trid la darba qed nghixu f'pajjiz hieles izda alla hares l-ghalliema kellhom juzaw it-ton li tuzaha hi kontra kull student li ma jogghobhomx kif taghmel hi ma' sezzjonijiet tas-socjeta Maltija. Kieku s-sitwazzjonijiet fl-iskejjel taghna huma bil-wisq aghar milli qed tirrapurtahom Daphne li forsi ftit ghandha idea ta' klassi tal-2008. Forsi ghadha tghix fi zmien l-iswed (skond hi tas-sebghinijiet u tmeninijiet) f'xi klassi ta'xi skola tal-knisja. Daphne forsi ghadek m'indunajtx li dak li qed TISMA' li jigri fil-klassijiet huwa wkoll mera tas-socjeta moderna li qed nghixu fiha nfluwenzata anke minn dak li qed jigri fil-pajjizi shabna tal-punent?
Kemm inbidlu z-zmijiet ghaziza Daphne u forsi anke t-ton u l-etika gurnalistika nbidlu xi ftit.

Josef

Anonymous said...

@ anonymous li wegibni

bara l-iskala ta teachers li semmejt int (li naqbel maghha perfettament) trid izzid ukoll ghalliema hziena. Ghax jezistu. Jiddispjacini ghall-istudenti, imma m'hemmx x'taghmel. Ghaddejt minn hemm jien ukoll.

Li ghidt int - jigifieri li nirraporta lil min qed jonqos - jigri f'dinja ideali. Imma x'evidenza se tipprezenta biex issahhah dak li qed tghid? Meta tigi ghas-si u n-no il-kelma ta' l-ghalliem se titwemmen, ovvjament.

Dwar Daphne, kif ghidt fl-ewwel sentenza tal-post l-ohra tieghi, li tikteb hi trid tehodlu l-log (mhux taghmillu minus biss) biex tasal ghall-verita. Madankollu l-essenza ta' dak li qalet jibqa' jghodd. U int ukoll qajjimt punt validissimu dwar it-trobbija tat-tfal. Naqbel mieghek ukoll mija fil-mija. Anzi, milli ghidt int ma nnaqqas xejn. Mhux talli. Il-provi li jikkoroboraw dak li ghidt int tarahom u tmisshom kull fejn tmur. Fejn tisma' bi stejjer fejn it-tfal isejhu lil nannithom "mama". Fejn trid tasal izjed minn hekk?