Friday, July 25, 2008

Lajv minn Brussell

Ergajt sibt problema biex nikkomunika bil-lingwa ras. Bizzejjed kelli naghmel hafna mossi n-Norvegja biex forsi nsib triqti ghax kollox miktub bil-hagen, dasen u berg – xi kruha ta’ lingwa – issa anke Brussell laqqattha ghax Franciz hlief Voulez-vous coucher ecc ma nafx! Jien ghidt insib Malti fit-triq idawwarni ftit wara li qaluli hawn madwar 400 jahdmu fic-centru tal-belt. Biex nghidilkom il-verita’ kont ghaddej in-naha tal-Pjazza l-Kbira, mhix ‘il boghod mill-Mannekin Bewla (kif ittranslejtjwahieli bil-Malti tat-triq) u proprju hemm kelli niltaqa’ ma koppja Maltija. Tlabthom naqra statistika u baghtuni Dar Malta ghal aktar taghrif. Ciss hejj. Wara kollox hallast ghaliha bit-taxxi tieghi u hija dari wkoll mhux hekk jew! Il-bieb kien maghluq u sigurta’ kbira biex nipprova nidhol haqq ghaz-zicc. Imbghad qaluli minix liebes skond it-Tielet Kriterju tad-Direttiva RCC/08 u hemm tilfuli l-erre. Kien hemm anke avviz kbir li ghad ghandna sulari ghall-kiri (wara sentejn?). Xott il-business!

* * *

Mela bizzejjed nigu l-ahhar fl-Ewrovixin, issa anke fl-ambjent u fl-edukazzjoni qeghdin l-ahhar fost il-pajjizi Ewropej? Nirrah jinxifli lsieni imma bis-serjeta’ ma kontx nistenna li se mmissu l-qiegh. Qas li nezlin ghar-rizzi. Din ta’ l-edukazzjoni tinkwetani ghaliex ta’ Maltin li ahna, nibghatu t-tfal l-iskola ta’ 3 snin biex minghalina jitghallmu kliem bhal ‘horsey’ ghal ziemel, ‘hellow’ u d-‘daddy’ tieghi flok ‘missieri’, meta tfal ohra Ewropej igawdu t-tfulija sa ma jkollhom 6 jew 7 snin. Issa smajt li anke tfal fil-primarja qed jintbghatu l-privat biex jghaddu mill-ezami tal-Knisja jew Junior Lyceum. Ghalija dan kollu stress zejjed fuq it-tfal, u zgur mhux jghin biex intejbu l-edukazzjoni f’pajjizna.

Fl-ambjent mghandniex xi nghidu, ksirna r-rekord! Iva, Malta kisret ir-rekord ta’ l-aktar pajjiz li kiser direttivi Ewropew fuq l-ambjent sa mis-shubija tieghu fl-Unjoni Ewrupeja. Imma gibna wahda zewg tafux.. ghandna fost l-ahjar kwalita’ ta’ ilma bahar fl-Ewropa mhux tajjeb? Ma kellniex ghalfejn nistennew lil Mr Schwarztiger jghidilna, ghax jekk nifthu l-ilma tal-vit malajr nintebhu bl-influwenza mielha li jaf joffri l-bahar Malti.

Kif kont hawn qaluli li Malta sar strajk mis-sidien tat-trasport pubbliku. Kulhadd ikollu bicca ragun fil-hajja u tkazajt kif kulhadd hadha qatta bla habel kontra d-drivers. Ghandhom kull dritt juru t-thassib taghhom u jipprotestaw ghall-mod kif il-Gvern habbar il-liberalizzazzjoni minghajr konsultazzjoni. Min naha l-ohra jekk kien hemm incidenti individwali ta’ vjolenza dawn ghandhom jigu kkundannati ghaliex hadd ma jista jiehu l-ligi b’idejh! Issa naraw kif nibqghu, pero zgur qed tinhass dejjem aktar il-htiega li nitghallmu nisimghu lil xulxin!

Jiena Zagza D’Angelo anke jekk ma jixraqilkomx, se ntikom il-linja lura ha mmur inrembel xi haga Amsterdam. A bientot!

1 comments:

Anonymous said...

Ghaddej hajja int Brussell u Amsterdam!!!! rembel rembel...