Monday, July 14, 2008

Ħsieb Politiku

Sakemm domt in-Norvegja kelli ħafna diskussjonijiet ma' sieħbi Żagza. L-aktar argumenti li konna qed nitkellmu dwarhom hija il-milja tal-ħsieb politiku f'pajjiżna. Meta titkellem dwar x'ġara mit-tmeninijiet l-hawn donnu li Malta kienet magħmula minn tal-Barrani, ċikkulata Cadbury u t-22 xahar ta' Alfred Sant fil-Gvern biss. Għax Keith Chircop fil-blog tal-Boċċa ikkumenta li dawn l-istejjer m'huma xejn ħlief stejjer tan-nannu tgħidx kif kieluh!

Fl-opinjoni tiegħi trid tara kollox fil-perspettiva ta' żmiena. Fit-tmeninijiet, meta il-Gwerra l-Bierda kienet fl-aqwa tagħha u meta li jkollok kompjuter b'memorja ta' 128k kienet xi ħaġa kbira, Malta kellha mexxej li l-ħsieb politiku tiegħu kienet li nissikkaw iċ-ċintorin. Kienet aktar importanti li jagħti l-artijiet b'xejn lill-dawk li ħa jiżżewġu u edukazzjoni xierqa lill-studenti li ma' felħux iħallssu għal skejjel privati milli jħalli l-liberizzazjoni tas-suq ħieles jiddomina il-politika tal-ġurnata. Dak iż-żmien ma' kontx issib tixtri Cadbury m'għand tal-ħanut (dawk li kienu jeqirdu li ma kontx issibha kienu qed jimpurtawha illegalment xorta waħda) imma dak iż-żmien ukoll, li l-Liceo Vassalli kienet l-għira ta' l-iskejjel.

Mintoff kellu tattika soċjalista li darset lill-ħafna u għalhekk il-Partit Nazzjonalista sawwar il-politika tiegħu fuq prinċipji progressivi. Eddie (immexxi minn wara l-kwinti minn qassis li għadu fix-xena), kien nesa' il-valuri kapitalisti, mexa' lejn iċ-ċentru u qabeż il-fruntiera b'tattika soċjalista taħt tarka demokristjana u baqa' taħt din it-tarka sal-bidu tad-disgħin. Fil-bidu tad-disgħinijiet, il-qarnita kienet għadha brimba, imma ġa bdiet turi għemilha. Il-Partit Laburista, affrontat b'akkużi ta' partit kommunist u bi prattiċi kważi dittatorjali, bidel l-istil u malli vara' l-ideja ta' trijonverat (biex isaħħaħ l-ideja ta' demokrazija) beda miexi fiċ-ċentru. Iżda li timxi fiċ-ċentru hemm il-periklu li l-ħsieb politiku jiddgħajjef. U fil-fatt, l-akbar attakk li kien hemm fuq it-tmexxija ta' Alfred Sant kienet li l-prattiċi politiċi kienu kważi aktar fuq il-lemin minn dak tal-Partit Nazzjonalista. Il-PN, intant, għafas aktar fuq l-ideja tal-Ewropa u l-MLP irribatta bil-LE. Fuq dan għadni ma' nafx jekk l-MLP kellux 100% tort. In-Norveġja xorta mxiet bil-kunċett ta' partnership ma' l-Ewropa.

Mal-falliment tal-elezzjoni tal-Ewropa u tal-Elezzjoni Ġenerali fl-2003, il-Partit Laburista tilef kull sens ta' leadership. Il-Partit Nazzjonalista, wara ħafna manuvrar minn taħt u daqqiet taħt iċ-ċintorin lil Louis Galea u lil John Dalli, eleġa lill-Gonzi. Jidher li mal-wasla ta' Gonzi fil-partit, inbidlet ukoll id-direzzjoni. Dan kien possibbli għax ċertu prattiċi setgħu jinħbew wara paraventu ewropew. U erħejnilha għal għonq it-triq tal-kapitaliżmu. Il-mudell Thatcherjan saret il-prattika tal-Gvern preżenti u Malta tpoġġiet għall-bejgħ fuq l-ebay. Lista ma' tispiċċa qatt ta' ismha tal-Gvern inbiegħu lill-ġganti li għalihom Malta mhi xejn ħlief pedina żgħira fil-logħba Chess mundjali.

Fl-Italja, ix-Xellug għadda minn sitwazzjoni simili ta' Malta bil-konsigwenza li x-Xellug għeb mix-xena politika. Jekk il-Partit Labuista jibqa' fiċ-ċentru, hemm il-possibilta li jiġri l-istess. Fl-opinjoni tiegħi, l-isfida ta' Joseph hija li l-MLP għandha tkun tappella għall-moderati imma titlaq mill-ideoloġija Ċentrista u tersaq aktar lejn policies aktar progressivi bl-egħruq tagħhom f'politika soċjali.

3 comments:

Anonymous said...

a

NEVILLE said...

Naqbel mieghek li x-xellug fl-Italja ha daqqa kbira.Il-kawza prinipali kien appuntu Veltroni li jmexxi l-partit ta' l-opozizzjoni PD.
Pero wara dak ir-rizultat dizastruz ta' april li ghadda,ix-xellug rega' qed jistejqer.Qeghdin naraw il-partit Komunista li ghalkemm m'ghandux lehen fill-parlament,qieghed jirsisti hafna sabiex ghall-elezzjonijiet tal-parlament ewropew tas-sena d-diehla ix-xellug johrog b'sahhtu u maghqud.Illum stajna insegwu diskors qawwi mill-mexxej tal-PDCI Diliberto li il-messagg principali tieghu qed ikun l-ghaqda fost ix-xellug.

NEVILLE said...

Rigward is-sitwazzjoni politika f'pajjizna iva wasal iz-zmien li l-partit Laburista kif ga qieghed jaghmel permezz tal-mexxej tieghu Joseph Muscat jahdem sabiex il-forzi progressivi kollha iwasslu l-messagg taghhom u jsibu l-MLP bhala l-lehen naturali ghalihom.
nevillegafa.blogspot.com