Monday, July 28, 2008

Raħal ieħor

Tfuliti nista' ngħid li qattajta f'żewġ ambjenti kompletament differenti minn xulxin: fost il-ġimgħa f'ambjent metropolitan Malti filwaqt li fil-weekends f'ambjent raħli. Minħabba l-bidla li qed nara' fl-ibliet u rħula Malitin ħassejt il-ħtieġa li nikteb dan l-artiklu.

Fit-tmeninijiet, il-borgeżija Maltija kienet tħossa komda li tgħix f'żewġ ambjenti differenti: jew postijiet bħal Tas-Sliema jew inkella f'villel f'kampanja verġni. Gvern Laburista beda' jqassam artijiet lil min ma' kienx jiflaħ iħallas. Għalkemm din għamlet il-ġid kien hemm il-lok ta' spekulazjoni ta' dawn l-artijiet. Taħt Gvern Nazzjonalista, din l-ispekulazjoni splodiet. Issa li għandna il-Prim jieħu ħsieb il-MEPA għal ħafna individwi li jriduha li għandhom moħħom miftuħ u li ma'jiġux influwenzati mill-media, il-problema sabet is-soluzzjoni tagħha. Pero', l-għan ta' dawn iż-żewġ tħarbixit hija differenti.

Is-sens tar-Raħal m'ghadhux l-istess. U l-kawża ta' dan fl-opinjoni tiegħi sar minħabba żewġ fatturi: imigrazzjoni ta' nies minn barra r-Raħal u għażliet mhux għaqlija mill-awtoritajiet.

Tisma' ħafna tgergir minn min hu midħla tar-Raħal li l-qalba qed tiġi iddominata minn nies barranin. Dan qed iġib miegħu bidla sfrenata fil-kultura u li qed tisparixxi b'pass mgħaġel ħafna. Ir-remissa li fiha Ninu il-Bediq kien irraqqad iż-żiemel u l-karozzin issa spiċċat il-lounge tad-dar ta' Dr u Ms Spiteri Triganza. Filwaqt li qabel, iz-zuntier tal-knisja kien ikun miżgħud bit-tfal jagħmlu frattarija sħiħa sas-siegħat bikrija tal-lejl, u x-xjuħ bil-qiegħda fuq il-bankijiet kienu jkunu is-sors ta' informazzjoni, issa m'għad fadal xejn. L-Emmas u l-Matteis issa iddominaw il-qalba tar-Raħal u jkunu busy ħafna bejn il-ballet u l-football classes jew impenjati f'xi tournamet tal-play station jew social functions tal-mummy u d-daddy. Ix-xjuħ tagħna llum m'għadhomx xjuħ iżda anzjani u nitfgħuhom ġo homes apposta għax ma' nistgħux nieħdu ħsiebhom. Dawn l-inkwilini ġodda jesiġu li l-qalba tar-Raħal tkun konformi mar-regolamneti tal-Unjoni u jekk it-tokki tal-qanpiena li qabel kienet il-karattru tar-Raħal innifsu iqajjem id-doggy ta' Ms Spiteri Triganza allura il-kapillan irid iwaqqaf dan il-ħoss bla bżonn.

Mill-banda l-oħra, l-awtoritajiet qegħdin jieħdu passi mhux għaqlija li fl-opinjoni tiegħi qegħdin jgħarqqu l-karattru tar-Raħal. Bħal kull pajjiż ieħor fid-dinja, Malta qed tħabbat wiċċa ma' problemi li qatt ma' konna noħolmu bihom sa ftit snin ilu. Fosthom għandna problema ta' imigrazzjoni illegali u problema kiefra oħra tal-abbuż tad-droga. Għalkemm nifhem li wieħed irid jaffronta dawn il-problemi b'umanita' liema bħala, ma' nistawx inħallu fil-ġenb id-diffikultajiet soċjali li ċertu deċiżjonijiet qed ikollhom fuq komunitajiet lokali. Open Centres għar-refuġjati jew għan-nies bi problema ta' droga qed ikollhom impatt negattiv fuq dawn il-komunitajiet. Ngħidu x'ngħidu fuq l-aspett inklussiv, jibqa' l-fatt li dawn l-open centres ibidlu l-andament tal-ħajja soċjali fl-irħula u għalhekk l-awtoritajiet m'għandhomx iqisu biss kif is-soċjeta ser tintuża biex takkomda lill-dawn in-nies. Wasal iż-żmien li l-impatt fuq l-ambjent ġenerali ta' proġetti bħal dawn jiġu diskussa wkoll mas-soċjeta ċivili.

Fi ftit kliem, l-ambjent tar-Raħal qed jintillef b'pass vera magħġel (jekk mhux ġa għosfor). Ejjew nindirizzaw dawn id-diffikultajiet b'maturita' mhux nitfgħu kollox taħt it-tapit.

1 comments:

Anonymous said...

Naqbel mieghek komplitament.

Il-Malti tal-llum ha ikun il-barrani ta ghada.

Aktar ma jghaddi zmien aktar il-hajja ta tipiku Malti qieghda tinbidel.

Il-kultura Maltija ser tkun imhallta ma dik barranija specjalment ma dik ta immigrati illegali fostna.

Jiddispjacini li it-tfal tieghi mhux ser igawdu l-hajja semplici li gawdejt jiena fit-tfuliti.