Thursday, July 3, 2008

Minn Norveġja Ras

Din il-ġimgħa, lil dak l-għajjien taċ-Cefai għidtlu mur strieħ ftit u l-artiklu ħallieh f'idi. U peress li dak għajjien minnu, ftit ftit ħa nispicca neħodlu postu jien. Mhux għax għandi wisq ħin. Wisq anqas dawn il-ġranet li f'habta u sabta sibt ruħi nippakja ħa nitlaq għal frisk. Ħeqq, kif tista tghid le meta joffrulek ġita għal ftit frisk? Issa li fuq il-blata, is-sħana bdiet tgħamel tagħha, hekk kif gie ir-Rasu u s-sinjura tiegħu u stiednuni nitla nqatta erbat' ijiem magħhom in-Norveġja, rajthom anġli. Għax b'dis-sħana, demmi kien diġa beda ibaqbaq u jekk jibda ibaqbaq, dejjem ħazin nispicca.

Issa li l-erkondixin nista ninsieh, għax ma naffordjaħx, l-arja friska ta' xi pajjiż nordiku biss saret tikkalmani. (Ħalliha li xorta t-taxxi kelli nħallas it-taxxi fuq it-tluq...imma msomma.) Biss xorta b'dan il-qaħbeċ ta' internet nibqa nkun naf x'inhu jiġri u in-nies tal-blata jidhru li jieħdu gost ibaqbuni għalxejn. Il-bieraħ beda jinstema il-każ tal-mistra u isem seħibna JPO (ovvjament) beda jissemma. Il-kummenti kollha kontrieh li għadni kemm qrajt fuq it-tajms inkwetawni ftit. Il-povru proxxmu, wara li ġie użat bħala vittma, martri u tarka waqt l-elezzjoni li għaddiet issa jidher li ħadd mhu lest joħroġ ftit għonqu ghalih. Issa li beda jgħereq ħadd ma jidher lest li jitfalu daqsxejn ta ħabel jew xi salvawomo. Fejn huma dawk li poġġewh fuq quddiem tal-kameras waqt li kien qed jibki? Fejn huma dawk li irranġawlu għal presskard? Fejn huma dawk li tant iddefendewh u issa kollha ħasslu idhom minnu. Pilatu, Alla jaħfirlu, kien aktar raġel, dak ħasel idu mill-ewwel. Dak ma stenniex li l-ewwel jilħaq imbagħad qalilhom salbuh. Le, dak mill-bidu kien wera bic-car li ma l-affari ma riedx ikollu x'jaqsam. Kien ġifa iva, imma għall-anqas kien raġel. Imma fuq il-blata le, in-nies nużawhom, imbagħad narmuhom; u dal-povru JPO hekk qed jiġrilu, l-ewwel intuża, issa kullħadd qed jaħsel idu u erba t'ijiem oħra jarmuh. Mhux sew eh, l-affarijiet mhux hekk.......Iva naf li JPO fattarha, imma x'tipretendi minn bniedem li jgħamel dawk il-jobs kollha. Bejn il-ħin li jqatta bħala dentist, politiku, ġurnalist, ambjentalist u bidwi, ma tantx fadallu ċans biex jirraġuna. Kieku jirraġuna ilu li parpar minn hemm.

Imma in-nies tal-blata jibqgħu jinkwetawni....qiskom qatt ma tridu titgħallmu. X'qed tippretendu? Li d-dawl itihulkom b'xejn? Mela l-Gonz bħal kreatur? Dak b'xejn itihulkom. Allura, issa tgħallmu għorqdu kmieni, qumu kmieni, inħasslu bil-kiesaħ, imxu ftit aktar u ixtru imrewħa, id-demokrazija dak li titlob. Intom fattartuha issa gawduha. X'tipretendu, li s-serċarġ kienet ħa tibqa 50 fil-mija biss? Mhux hekk gajs, dak riklam ta qabel l-elezzjoni kien. Issa li għaddiet, nini nini. Issa ħallas. L-unika speranza li għandkom hi dik li jkollna elezzjoni oħra fil-qrib. Min jaf forsi JPO tmissu l-kuxjenza u jgħati palata.

3 comments:

Anonymous said...

Apparti l-kliem ingliz immaltizizzat, naqbel ma kull ma ghidt.. hlief ghat-tama ta' elezzjoni bikrija u iktar u iktar.. ma' li xi darba tmiss lil JPO il-kuxjenza.. li jekk din tghaddi bi sbrixx minn fuqu qas ir-rih taghha ma' nhossu tant kemm hi ineziztenti.

Anonymous said...

Zag ma atilna xejn fuq il harja li rifes ir Ras.
Kont hemm

Anonymous said...

Kinet harja papali ta baqra norvegiza. Andna il provi.
Kont hemm ukoll