Thursday, April 10, 2008

Il-Ftuħ

Mhux ħa nagħmlu ċerimonji, qtugħ ta' żigarelli, tberik u pastini. Imma mill-llum il-manoċċa bdiet ittir. Ħafna kienu dawk li tul dawn l-aħħar ftit jiem li kient online urew interess dwar din il-manoċċa. X'inhi, minn fejn gejja? Għaliex? Din serja? Mill-llum, l-opinjonijiet tagħna jibdew jinkitbu hawn.

Min aħna? Ma aħna ħadd partikolari. Numru ta' individwi li ddeċidew li jiktbu fuq li qed jiġri, fuq dak li jemmnu. Aktar numru ta' individwi, milli grupp, ghax daqs kemm hemm affarijiet li naħsbu fuqhom b'mod simili, hemm ferm aktar li naħsbu differenti. L-unika tema li tunifika hija l-ħsieb progressiv (fis-sens wiesgħa tal-kelma), u t-twemmin li tikkomunika dak li temmen fih. Perspettivi differenti fuq temi komuni, mingħajr linja editorjali dritta. Forum miftuħ għad-diskussjoni, fejn ħadd, u l-ebda ħsieb m'hu ċċensurat.

Ghaliex? Għaliex le? In-nuqqas ta' postijiet fejn wieħed jista jesprimi ruħu b'mod ħieles hu ż-żerrieġħa minn fejn nibdet il-manoċċa. Lok fejn nies jesprimu dak li jemmnu mingħajr ma' għandhom bżonn jaraw għajn m'għajn ma' l-editur. Post fejn ħsibijiet intelliġenti progressivi huma milqugħa, u mhux mormija u kkundanati bħala ereżijiet mingħajr validazzjoni mill-qarrej. Għaliex blogg? Ghax iħaddan il-prinċipju bażiku ta' ħsieb ħieles demokratiku, fejn kulhadd jista jitkellem mingħajr ma' jiġi maħnuq jew injorat.

X'għandek tistenna hawn? Stenna minn kollox, kummenti dwar dak li qed jiġri, dak li nemmnu, dak li nħossu li hu mportanti, xi kultant dak li nħossu li hu trivjali. Li nħossu dwaru b'passjoni, imma tistenniex wiċċ serju wara kull artiklu. Biss stenna li nkunu ġenwini, sinċiera u kemm jista jkun oġġettivi. Stenna ukoll li l-perspettiva tinbidel, dak li kien jgħodd ghal llum mhux bilfors jgħodd għal għada.

Narawkom għada.

Emile, Gordon, Rupert, Russell u Sean

1 comments:

Anonymous said...

Emile, Gordon, Rupert, Russell u Sean

Awguri mill-qalb.

Ghandkom l-appogg totali tieghi. Fejn ikollkom bzonn ghiduli.

Skuzani dhalt issa Rupert, imma t-teachers ukoll ikollhom x'jaghmlu meta jkunu lecturers.

Sahha shabi.