Monday, April 28, 2008

Xi dwejjaq! Għada skola!

Hemm xi tfal li fis-sekondarji qegħdin jirrifjutaw imorru l-iskola - wħud minnhom, b'rieda soda, jirnexxielhom. Oħrajn jmorru l-iskola kontra qalbhom, għax bilfors, biex ma jirċevux iċ-ċitazzjoni. B'ton imdejjaq, jgħidulek "iġri tasal l-aħħar lezzjoni" jew "iġri jasal tmiem -il ġimgħa". Din hija qagħda li tinkwetani ħafna speċjalment meta tara li dan ma jkunx xi każ kultant imma li din hija xi ħaġa komuni. Nemmen li dawn it-tfal mhux dejjem jagħmluha b'kapriċċ din il-ħaġa - jkollhom ir-raġunijiet tagħhom. Ma nafx x'inhuma imma għandi xi suspetti:

  • Il-qagħda familjari:
    • M'għandi l-ebda dubju li qagħda familjari mwiergħa tħalli l-effett tagħha fuq il-ħajja edukattiva tat-tfal. L-instabbiltá tiġi riflessa żgur.
  • L-istimulazzjoni fit-tagħlim:
    • Nistaqsi jekk il-metodi tat-tagħlim humiex qegħdin jilħqu l-aspettattivi ta' l-istudenti - forsi qed nippretendu li l-metodoloġiji li tgħallimna aħna bihom se jibqgħu validi għall-dejjem?
  • Burnout
    • Il-firxa wiesa' ta' suġġetti li jitgħallmu t-tfal sa mill-primarja u l-fatt li ħafna drabi naqgħu għat-tagħlim bl-amment ma jistax ikun sostnut għal tul ta' żmien u ħafna tfal jaqgħu mal-ġenb u ma jinġabrux.
  • Il-qasma bl-eżamijiet
    • Id-daqqa kbira li jaqilgħu t-tfal li ma jgħaddux mill-eżami tal-Junior Lyceum ma naħsibx li qed nifmuha sew. Ma' dawn, u forsi agħar minn hekk, hemm ukoll dawk li lanqas biss jersqu għalih. Nemmen li s-sistema tal-kulleġġi għandha l-potenzjal li tibda tindirizza din il-problema.
  • Nuqqas ta' suġġetti prattiċi
    • Xi kultant, l-uniċi suġġetti li jħobbu dawn it-tfal li jmorru l-iskola bilfors huma dawk prattiċi (Disinn u Teknoloġija, Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni, Home Economics, eċċ) naħseb li tajjeb li noffru aktar minnhom - huma s-suġġetti li jagħtu lill-istudenti x'jifhmu li huma tajbin għal xi ħaġa.
  • Nuqqas ta' rispett lejn l-awtoritajiet
    • Il-mod kif ċertu studenti jġubu rwieħhom fl-iskola lanqas kont noħolmu meta kont l-iskola jien! Ħafna jaqblu li fil-passat kien hawn ferm aktar rispett lejn l-għalliema - x'qed jiġri allura?
  • Għalliema mhux motivati
    • Din ir-raġuni irridu niddiskutuha aktar fid-dettall għax hemm ħafna x'wieħed jgħid dwarha - il-ġrajjiet tal-ġimgħa li għaddiet meta għalliem safa attakkat fl-iskola u oħrajn bħalhom żgur li ma jżidux l-entużjażmu ta' l-għalliema - imma dan jista' jkun ċirku vizzjuż.
Żgur li hemm ħafna aktar raġunijiet - hemm dokument inseressanti li jistudja l-fenomenu ta' l-assentejiżmu - tajjeb li ntuħ daqqa t'għajn - dan jinsab fuq is-sit tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-Kultura.

Kif rajtu jista' jkun li għandi ferm aktar mistoqsijiet milli tweġibiet. Li hu żgur li jekk ma nistaqsux, it-tweġibiet żgur ma jaslux.

5 comments:

Anonymous said...

Could it be that many students are leading an easy life now a days? So they don't feel the need to work for tomorrow?

Could it be that they are not seeing any relevancy in attending school? Why study, when I can go to MCAST with no entry equiments and still get paid for that?

I agree with the point that the removal of Trade schools was a blow. Doesn't mean there wasn't a need for a change but nor for the elimination.

Re the coll. system I have my doubts. I think the secret lies in having a number of schools with small populations not few schools with large numbers.

There might even be a political reason behind all this as well. Why is it that the Governemnt's main input is on MCAST and University? Is it because their children can afford to be sent to private schools till the secondary level then they have to attend MCAST and Uni? and thus they will get the most out of the public funds?

We need a blog just for this topic!!

Adrian Muscat said...

where as i generally agree with comments by E.Vassallo, such studies usually ignore the situation that prevailed say 40 years ago. were the youngsters more interested in school then? I doubt it...or I should say NO.

Teaching what we think are the more important and useful subjects to earn a living is diffcult at school...material is lacking here.

The mention of trade schools is interesting...requires a whole article...but for a long time schools have been modelled on the original ones...a place for girls coming from the rich classes....

and last but not least, Dennis the university is underfunded and can't carry out its proper task.

Dennis said...

I didn't say that uni is over funded but that together with MCAST it is getting a big chunk of the educational budget, at the expense of the primary and secondary sector. They are super underfunded. Just go and visit some of the schools and you'll get a good idea!!

Adrian Muscat said...

Well yes - they are underfunded to some extent, especially some of them. but that's only part of the problem.

Anonymous said...

This blog post is featured on Maltamedia: The Maltese Blogosphere

- Nominate blog post of the month -