Friday, April 25, 2008

Silta mill-eżami tal-Matrikola tal-Malti:
L-Iscrapbook ta’ Johnny

Johnny kien ilu jipprepara għall-wirja ta’ l-iskola. L-iscrapbook tiegħu kien dwar il-ġebla Maltija, u kien ħadem fuqu bis-sħiħ għal xhur twal. Fittex fl-internet, fl-enċiklopedija ta’ missieru u fil-librerija ta’ l-iskola għall-informazzjoni. Saħansitra ħuh, li kien impjegat tal-kumpanija tal-kostruzzjoni Ħottu u Ibnu Construction kien ġablu informazzjoni mix-xogħol. Ommu kienet għinitu jwahhal l-istampi pulit. “Dan kapulavur, kemm waħħalthom sbieħ l-istampi!” kien qallu s-surmast meta ra l-proġett.

Meta qorob iż-żmien, l-għalliem qassmilhom fuljett żgħir ta’ nformazzjoni li fuqha saħansitra kien hemm ismu miktub fuq il-qoxra. Wasal id-dar ixejjer il-fuljett. “Ma! Ma! Ara ismi fuq il-fuljett! Qisni l-prim ministru meta jġibu ismu fuq il-faċċata tal-gazzetta b’ittri kbar!” Kburija bih, ommu qallbet fil-fuljett, iżda wiċċha malajr tqarras hekk kif rat il-logo ta’ l-isponsor prinċipali. Johnny ma’ fehemx għaliex u għamilha ta’ bir-ruħu li ma ra xejn.

Meta wasal missieru mix-xoghol, sema’ biċċiet ta’ konverżazzjoni minn wara l-bieb tal-kċina. Għal darba, donnu l-ġeneturi tiegħu donnhom kienu qed jaqblu “… dak qed jeqred ‘il Malta … fejn marret il-ħdura li niftakar minn tfulitna? F’butu, dak fejn marret … ma xebgħax itellgħa blokkijiet mostrużi ta’ flettsijiet? … u dil-golf course li qala issa ma nafx xi rriduha …”. Iżda l-frażi li beżżgħetu kienet “le, le, ma mmorrux, ma rridx nagħti riklam b’xejn li dak”.

Dak inhar fil-għaxija, wara l-ikel, il-ġeneturi ta' Johnny poġġew biswietu, ommu naħa, missieru l-oħra. “Ibni, taf l-attroċitajiet fuq l-ambjent li qed taghmel il-kumpanija Ħottu u Ibnu Construction?” beda missieru. “Naħseb smajt bil-golf course li qed jibnu, bl-aħħar toqba f’nofs il-pjazza ta' l-Imdina,” issoktat ommu. “Il-wirja ta’ l-iskola hija sponsored minn dik il-kumpanija, u se tittella fl-exhibition space tal-kumpanija.” “Naħsbu li bħala att simboliku m’aħniex ser nigu ghall-ftuh tal-wirja,” alternaw ommu u missieru.

Bi dmugħ f’għajnejh, Johnny ħares lejn il-ġeneturi tiegħu. Kien jaqbel magħhom li dik kienet kumpanija li qegħda teqred ‘il Malta. Fil-gazzetta kien hemm li minħabba l-kostruzzjoni tal-golf course, it-turisti ma’ setgħux jidħlu jaraw l-Imdina. Imma kien ilu wisq jaħdem fuq dak l-iscrapbook. Kull ma qal kien: “Imma ħija, allura?”

“Ma ntawlux ilsienna issa,” ħatfu missieru, “dak qed jaqla lira sew minn hemm!”


Il-links fl-artiklu ghandhom jghinuk tifhem ahjar. Wieġeb sabiex turi li fhimt:
  1. Għaliex taħseb li ma jagħmilx sens li ħu Johnny jitlaq impjiegu?
  2. Min taħseb li għandu raġun, omm Johnny, jew missieru?
  3. Poġġi f’ordni alfabetika: prinċipji, ekonomija, opportuniżmu.

3 comments:

Dennis said...

Fih hafna x'tahseb. Prosit!!

Anonymous said...

My congratulations Gordon,

somebody voted for the blog post "Silta mill-eżami tal-Matrikola tal-Malti:
L-Iscrapbook ta’ Johnny".

This vote is valid for the blog post of the month (April 2008) and the blog of the year (2008).

The reaction of the reader:
"Fih x'toghmod"

MALTA BLOG AWARDS 2008
http://www.sandrovella.org

Anonymous said...

Nzt s yys g xxx, porn. Ixn r, mqg wamajp|jet cytkcds b lv qe.