Din hi traduzzjoni tal-poeżija "June" tal-ġurnalist Ċiniż Shi Tao, li bħat-torċa olimpika qiegħda ddur id-dinja tradotta f'diversi lingwi, sakemm tasal f'Beijing f'Awissu li ġej. It-traduzzjonijiet kollha jinsabu fuq is-sit www.penpoemrelay.org, u hawnhekk issibu ukoll l-artiklu tal-Guardian fuq l-inizjattiva u min hu Shi Tao (wieħed minn ħafna ġurnalisti u kittieba li jinsabu maqfulin fil-ħabsijiet Ċiniżi): http://blogs.guardian.co.uk/books/2008/04/protest_poem_takes_on_olympic.html . Dan ir-relay qed isir bħal protesta kontra ċ-ċensura ħarxa u n-nuqqas ta' rispett għall-jeddijiet tal-bniedem min-naħa tar-reġim Ċiniż. Din il-poeżija ghandha tidher ukoll fuq www.penpoemrelay.org,
Ġunju ta’ Shi Tao
Ħajti kollha
lil hinn minn “Ġunju” m’hi sejra qatt
Ġunju, meta mietet qalbi
meta mietu vrusi
meta l-maħbuba
mititli fl-għadira demm ta’ l-imħabba
Ġunju, ix-xemx tisreġ tfettaħli l-ġilda
u tikxef il-verità ta’ ġerħti
Ġunju, il-ħut jgħumha mill-baħar aħmar dmija
lejn ilmijiet oħra biex jorqod
Ġunju, titħarrek l-art, jisktu x-xmajjar
gozz ittri li ma jistgħux jitwasslu lill-mejtin
Maqluba għall-Malti minn Kevin Saliba u Antoine Cassar
1 comments:
This blog post is featured on Maltamedia: The Maltese Blogosphere
- Nominate blog post of the month -
Post a Comment