Monday, May 26, 2008

Demokrazija?

Morena ġiet u marret - jew marret u ġiet b'idha f'idha. Ma stennejtx affarijiet kbar, mhux għax naħseb li l-kantanta jew l-awturi m'għandhomx talent imma għax għandi dubji serji dwar il-mod kif jiġu magħżula l-kanzunetti rebbieħa kemm lokalment kif ukoll fuq livell Ewropew (avolja qatt ma fhimt kif l-Israel jitqies pajjiż Ewropew).

Immaġina kirurgu li jagħmel ix-xogħol tiegħu skond ir-rieda tal-maġġoranza - min jgħidlu għamel hekk u min jgħidlu mod ieħor - biex ikun demokratiku, joqgħod għar-rieda tal-maġġoranza - li ma tifhimx! Il-pazjent ftit ikollu tama. Il-kanzunetta rebbieħa qed tintagħżel b'dan il-mod - naħseb li għandna speċjalisti li jafu jevalwaw kanzunetta imma jew għax mhux fdati jew għal xi raġuni oħra ħadnielhom il-poter u tajnih lil pubbliku li jivvota bit-telefon. Nibża li f'soċjetà żgħira bħal dik tagħna li fiha kulħadd jaf lil kulħadd qed nispiċċaw nivvotaw lil min nafu minflok lil min naħsbu li għandu l-aħjar ċans.

Il-farsa tal-votazzjoni Ewropea lanqas hemm għalfejn nitkellmu dwarha għax ma nistgħu nagħmlu xejn għajr li nuru d-disapprovazzjoni tagħna. Xi ħadd qalli li kif sejra x-xejra ta' votazzjonijiet lil pajjiżi ġirien il-Eurovision se jkun iddominat mill-pajjiżi tal-Lvant.

4 comments:

Adrian Muscat said...

tghid hemm xi 'link' bejn kif Xarabank jhalli f'idejn in-nies komuni biex jiddiskutu thema u li il-eurovision jhalli f'ídejn il-poplu biex jivvota? u liema sezzjoni tal-poplu qed jivvota? it-tnejn jhallu barra l-esperti.

Adrian Muscat said...

osservazzjoni: fittixt u sibt li hafna mill-kantanti studjaw il-muzika u l-kant f'din l-akkademja u l-ohra, l'hawn u hemm u l'hinn, awards, certifikati, kuntratti....u Morena..minn mindu kienet zghira kient thobb tizfen b'lasta ta xkupa quddiem il-mera!
meta ser nitghallmu f'dan il-pajjiz?

Gordon Pace said...

Il-Malti, l-unika lingwa li naf, li fiha nuzaw amateur biex infissru li xi ħadd vera jifhem fil-qasam. 'Eh, le, tmerieħx, dak dilettant sew!' U tidher f'kollox, fil-professjonijiet u rwoli soċjali kollha.

Adrian Muscat said...

mela mhux armature nghidu?