Wednesday, May 21, 2008

Tini sitta u 'ntik sold

Missieri jirrakonta li meta kien għadu tfal u t-tallaba kienu għadhom xena komuni f'bieb il-belt, kien hemm żewġ tallaba li xogħolhom dawruh f'arti. Milli qalli, kienu jiġu fuqek u jghidulek 'tini sitta u 'ntik sold'. Jien ma niftakarhomx. Jien twelidt fi żmien ieħor, fis-sebgħinijiet meta nies ibgħatu l-ġuħ kienet ħaġa tal-passat. Biss din l-istorja dejjem affaxxinatni. Hi l-illużjoni li int tgħatini xi ħaġa, jien ngħatik xi ħaġa lura u t-tnejn kuntenti. L-illużjoni li għax it-tnejn ħadna xi ħaġa, it-tnejn għandna nkunu kuntenti.

Illum ħafna huma dawk li din l-arti, dik tal-fabbrikazzjoni tal-illużjonijiet, ipperfezzjonawha. F'dinja fejn l-informazzjoni saret il-bidu u tmiem ta kollox, ħafna drabi ninsew li dak li niġu infurmati dwaru hu biss parti mill-verita, u li l-verita tista jkollha ħafna livelli. Biss, il-fatt li l-verita jista ikollha aktar minn faċċata waħda, ma jfissirx li nistgħu nistmgħu kollox bħala validu u vera. Li jkollok opinjoni mhux bizzejjed, trid ukoll is-sustanza. Agħar minn hekk, li nitfgħu nofs tużżana minn nies fuq it-televiżjoni sempliċiment għax għandhom xi jgħidu u nistmgħu kollox b'mod ugwali mhux aċċettabli. Xi kultant inħoss li din id-dinja saret biss dominata minn min jew jemmen li l-verita hija waħda jew minn dawk li jemmnu li l-verita ma teżistix. Gvernijiet u reliġjonijiet li jemmnu li l-verita tagħhom biss tgħodd jew il-medja li tgħatik l-impressjoni li kollox jgħaddi, l-importanti mhux x'tghid imma li kapaċi tgħid. Qisu kullħadd jinsa li d-dinja mhix mgħamula minn abjad u iswed imma minn ħafna gradazzjonijiet ta griż. Dan l-aħħar laqgħatni kumment ta Peppi Azzopardi fuq il-blog tiegħu fejn qal
Hawn Malta għadna mkaħħlin li ktieb, programm tat-televixin jew radju jrid jgħallem, irid ikollu messaġġ. Frankament inħares lejn din l-atitudni bħala arroganza ta’ min jaħseb li huwa moralment ‘il fuq mill-oħrajn u jrid jgħallimna kif għandna ngħixu. Hafna nies jgħiduli li fl-aħħar Xarabank għandu jkollu konklużjoni, xi ħadd jgħid x'inhi l-verita'. Fil-blog li jmiss ngħidilkom għala naħseb li jekk nagħmlu hekk inkunu qed noqtlu lil Xarabank...
Peppi qed iħallat il-ħass mal-qarabali. Li twassal, jew tiprova twassal messaġ ma jgħamlekx arroganti. Kif jaf ħafna aktar minni Peppi, il-medja tintuza principalment għal żewġ raġunijiet, informazzjoni u 'entertainment'. U talkshow irid jiddiskuti xi forma ta informazzjoni, le? U la twassal informazzjoni, qed twassal messaġġ trid jew ma tridx. Hija nkwetanti li Peppi jemmen li għax Xarabank m' għandux konklużjoni mhux qed iwassal messaġġ. Jew din parti mill-illużjoni?

3 comments:

Anonymous said...

Naħseb li l-illużjoni ta' Peppi hija li qiegħed jaħseb li l-programm tiegħu huwa tant intelletwalment għoli li qiegħed jħalli lill-ispettatur jaħseb wara li jispiċċa l-programm. Il-ħass aktar milli mall-qargħa bagħli qiegħed iħalltu mal-ħuxlief.

Jean Paul

Adrian Muscat said...

Rupert laqat il-musmar fuq rasu meta jghid li tinkwetah din il-pozizzjoni li ha Peppi.
Imma dawn it-tip ta risultati tistenna meta xi hadd jitkellem minghajr ma jkun investa bizzejjed hin biex jistudja il-materja. Xarabank hekk huwa...grupp ta nies li ghadhom qedin jimmaturaw il-hsieb fuq qasam partikolari. Ghalhekk Peppi ghandu jieqaf u jahseb jekk il-programm tieghu jwassalx messagg. Jista' jiddedika programm fuq din it-thema...u jkompli jahseb wara li jispicca il-program sakemm jikkonvergi...

Anonymous said...

Dear Contributor,

Please visit Labourinlabour as soon as you can. A fresh editorial titled: The Xarabank Survey: Unspinning the spin (1)has been published. It focuses on the Xarabank survey of last Friday. Come tell us what you think.

We look forward to seeing you there.

The Caretaker for
Labourinlabour.wordpress.com