Friday, May 23, 2008

Taħt Sant Iermu

Nhar il-Ħadd 18 ta’ Mejju filgħodu, flimkien ma’ sieħbi Bernard, inżilt taħt Sant Iermu fejn bdejna nsegwu ġrajjiet li seħħew eżattament 443 sena qabel.


18 ta’ Mejju: Dawk għassa Sant Anġlu u Sant Iermu lemħu l-flotta Torka tletin mil ’il barra mix-xatt joqorbu mix-Xlokk. Mal-ewwel ingħata is-sinjal miftiehem sabiex in-nies jinġabru ġewwa l-ilqugħ tas-swar, filwaqt li l-iMdina u Għawdex ġew avżati bl-isparar ta’ zewġ kanuni. In-nies iffullaw minnufih għall-kenn tal-Birgu, ikaxkru warajhom tfal, annimali u kull ma kellhom. Sabiex ma jinġabarx kullħadd ġewwa l-Birgu, il-Granmastru kien pront bagħat il-Kmandant Gabriel Gort lejn Port Aragon sabiex jidderieġi wħud min-nies lejn San Mikiel.


Hekk jibda r-rakkont ta’ l-Assedju l-Kbir ta' Francisco Balbi di Correggio, arkebusier Spanjol li, ta’ sittin sena, ġġieled tul l-Assedju.


Inżilna taħt Sant Iermu, fejn qattajna ftit tal-ħin qisna żewġ boloħ, nikkonsultaw riproduzzjonijiet ta’ mapep antiki. 'Min jaf kieku t-Torok kienu ħadu l-Malta, kieku llum il-Maltin jemmnux li t-Turkija għanda tkun parti mill-UE?' spiċċajt naħseb. Imma l-istorja hi dik li hi, u l-istess il-preżent. Flok flotta ta’ l-Ottomani, flotot ta’ dgħajjes mimlija b'imigranti illegali (jew irregolari, ma' nafx liema hi l-verżjoni politikament korretta) deħlin tista tara. Ħarist lura lejn Sant Iermu, u warajh rajt xena ta’ invażjoni oħra. Fl-isfond ta' Sant Iermu, il-proġett ta’ Tigne jieħu xejra ferm aktar mostruża milli qatt rajtu jieħu qabel. Bilmod tlajna lura lejn il-Belt. 'Nispera li ma nerġax insib l-partitarji tal-futbol jimblukkaw it-toroq kollha ta’ madwar il-Belt bħall-bieraħ,' kont qed naħseb.


Fl-1565, wara ftit xhur twal, it-Torok qatgħu qalbhom u telqgħu. Imma llum, ħadd ma għadu ħareġ b’soluzzjoni raġonevoli għall-imigrazzjoni, l-isfruttament ta’ l-art dejjem tiżdied, u għal kull ħaġa ta’ xejn noħorġu ninvadu t-toroq f’isem il-politika, sport, qaddis jew xi alla ieħor.

6 comments:

dwardu said...

Ħeħ! X’buzz.

“Min jaf kieku t-Torok kienu ħadu l-Malta” — Aqra dan l-artiklu!

Gordon Pace said...

U kieku, nannti għandha kavallier tat-taraġ!

Adrian Muscat said...

Come on guys. I thought the article leads on to the dark one today.

Anonymous said...

Dearest Contributor,

Please visit Labourinlabour as soon as you can. Mawzu, the old rat, has spoken again. Come tell us what you think.

The Caretaker for
Labourinlabour.wordpress.com

Russell Muscat said...

Re: il-kumment ta' Labour in Labour.

X'ironija hux! Mela Gordon jikteb fuq invazjoni fizika tal-Gzira u fuq bicca sit eletroniku tfaccat invazjoni virtwali!!!

Anonymous said...

miert ne:)