Wednesday, May 7, 2008

Bum Bum

Is-Sibt. Hekk kif saru l-ħamsa l-arloġġ daqq. Provajt nitkellem ħazin waqt li tawwalt idejja ħalli nitfieh iżda ma rnexxilix; la nitfieh u l-anqas nitkellem ħazin, kien wisq kmieni. Ma nistax nifhem għalfejn daqq. Niftkar żmien meta kont inħares lejn l-arloġġ b'dik l-għajn nofsha miftuħa, nara li għadu kmieni u nerġa norqgħod. Illum le, la qomt, qomt. Għamilt kafe u tlaqt nimxi. Il-kelb ma kienx jaf x'laqtu, u fil-verita l-anqas jien. Waqt li qed nippassiġġa f'nofs in-Naxxar sibt ruħi quddiem fejn ftit ġimgħat ilu sploda dak il-garaxx; fejn waqghu dawk id-djar; fejn mietu nies innocenti (u mhux); fejn inqerdu familji. Għad hemm riħa ta porvli.

Għal ħabta tas-siegħa ta' wara nofs inhar, jew forsi ftit aktar tard kont għaddej mill-pjazza. Rajt numru ta pulizija quddiem il-każin tal-banda, ħsibt li forsi inqala xi inkwiet iżda bqajt għaddej lejn l-istudio. Xi l-erbgħa kont għaddej lura lejn id-dar u rajt il-vann tal-bomb disposal unit, skoss ġurnalisti u nofs in-Naxxar fil-pjazza, kullħadd iħares u jissindika. Ma ridtx x'intelliġenza partikolari biex tifhem x'ġara. Ġewwa l-każin, instabu xi murtali. Il-każin qieghed għoxrin metru il-bogħod minn pompa tal-petrol, eżatt quddiem il-pompa tal-petrol fil-pjazza! Imġienen, imma xejn ġdid. Jidher li f'dan il-pajjiż int għandek dritt ikollok 'passjoni' jew 'delizzju' u r-rispett lejn ħaddieħor tista tarmih. Niftakar li ftit ġranet wara t-traċedja tan-Naxxar kien l-Irxoxt. Ma nafx minn kien qed jispara u minn fejn imma l-mara ġibditli l-attenzjoni kif ma jistħux jisparaw murtali wara dak li ġara. Nies bla rispett.

Kull sena, numru ta nies imutu vittmi tan-nar. Ħafna storbju wara u imbagħad ninsew kollox, ma jiġri xejn. Xi kultant naħseb li aħna pajjiż b'memorja qasira, jew forsi pajjiż li ngħażlu ma niftakrux. Kieku vera niftakru f'min miet għalxejn, kieku forsi, xi ħaġa ssir. Possibli li fl-2008 hu daqshekk faċli li f'dan il-pajjiż tista tixtri, timmanifattura, taħżen u iġġorr splussivi mingħajr ħadd ma jkellmek? Nistgħu nimmaġinaw kieku dawn l-imwiet kienu f'xi settur ieħor x'kien jiġri? Min hu responsabbli? Jien, int, il-knisja, l-każini, kullħadd, speċjalment l-istat u min imexxih. Imma forsi n-nar tradizzjoni u la tradizzjoni għandna dritt nisplodu lil xulxin.

3 comments:

Anonymous said...

The blog post "Bum Bum" is featured on Maltamedia: The Maltese Blogosphere

- Nominate blog post of the month -

Lejla Xemxija said...

Vera Rupert. Malta naħseb wieħed mill-postijiet fejn l-ewwel jiġi d-delizzju, imbagħad il-ħajja tan-nies. Li ma nifhimx huwa li kif jista jkun li matterjal splussiv jista jkun daqshekk faċli li jinxtara illegalment (għalinqas hekk jidher minn dawn is-sejbiet). X'hemm bżonn biex il-liġi tiġi tassew rispettata? Forsi min itela n-nar għandu bżonn jibda jipprezenta r-riċevuti kollha tax-xiri tal-materjal biex jingħata permess. Kelma waħda biss tiġini f'moħħi - ACCOUNTABILITY

Anonymous said...

mjog ahugavert, takk