Monday, May 19, 2008

Iċ-Ċalie

Min iħobb jaqra' l-kotba ta’ Paolo Coelho jaf kif dan l-awtur għandu fissazzjoni li xejn ma’ jsir għalxejn u li kull avveniment tal-ħajja huwa sinjal jipponta lejn direzzjoni li qed jipprova jiġbidlek l-attenzjoni u jigwidak. Il-ktieb li kont qed naqra’ kien ta’ Laurence Mizzi Għall-Ħolma ta’ Ħajtu.

Il-ktieb ta’ Mizzi huwa ktieb ta’ valur storiku mhux sempliċiment għall-Istorja u r-riċerka interessanti li fih imma fl-opinjoni tiegħi anke għall-mod kif inhu miktub. Il-ktieb jagħti rendikont tal-ħajja u l-idejal ta’ Malti mill-Isla li ried jara’ lil Malta meħlusa minn taħt l-Ingliżi biex terġa’ tingħaqad ma’ l-Italja, il-pajjiż li Maltin l-aktar jidentifikaw irwieħhom miegħu. “Borġ Pisani kien iħoss sinċerament li l-Italja, u mhux l-Ingilterra, kienet omm Malta. Il-ħolma tiegħu u l-ideal ta’ ħajtu żagħżugħa kienu li jara’ l-Malta terġa’ ‘l ura fi ħdan “ommha””. Fi kliem l-Avukat Nerik Mizzi huma “diversi fatturi li jiddeterminaw in-nazzjonalità ta’ poplu; l-ilsien huwa wieħed minnhom iżda m’hux l-uniku, lanqas l-aktar wieħed importanti. Il-ħwejjeġ li jikkostitwixxu ir-razza, l-istorja, id-drawwiet, it-twemmin u naturalment il-kuxjenza tal-poplu li tesprimi u tiġbor fiha dawn l-elementi naturali u morali”, U għalhekk, Karmenu Borġ Pisani tilef ħajtu, mgħallaq fil-ħabs ta’ Kordin.

Mizzi jistqarr li għalkemm huwa kontra kull tip ta’ estremiżmu (kemm lemini kif ukoll xellugi), Karmenu misslu s-simpatija minħabba l-idejaliżmu li kellu. Kważi kważi, il-lingwaġġ tal-ktieb kollhu jeżalta lil dan il-karattru u li jġgħielek tkun trid li tagħmel lil dan il-bniedem eroj ta’ pajjiżek. Għax emmen fl-idejal. Imma, ngħid jien, wieħed li jimtella’ kollhu splussiv u jtajjar lilu nnifsu f’nofs suq tal-għadu mhux meqjus bħala terrorista? Dak ukoll għandu l-idejal tiegħu u għall-ħolma ta’ ħajtu għamel li għamel. Il-kejl mhuwiex l-istess.

Interessanti aktar huwa l-fatt li dan il-ktieb kien ippubblikat fl-1981. Tista’ tgħid li r-riċerka tal-ktieb kienet qed issir fis-sena li Malta qatgħet kull tip ta’ rabta ma’ pajjiżi, imperi jew super potenzi. Is-sena li la konna Inglżi u lanqas Taljani iżda Maltin. Huwa ż-żmien ukoll li għal ħafna nies kienu s-snin meqjusa bħala imwera’ fejn il-libertà tal-kelma kienet ikkontrolata mill-Istat u li kellek tmur l-Italia biex tlissen u x-xandar il-fehma tiegħek. Tgħid it-ton u l-messaġġ fuq il-liberta tal-kelma miktuba minn Mizzi kienet kumbinazzjoni jew kumment ikkalkulat? Mhux stramba li waqt li kien hemm din il-fehma joħroġ ktieb bħal dan.

Hija vera ironija li spiċċajt naqra’ dan il-ktieb dwar l-idejal faxxista ta’ dan iż-żagħżugħ meta’ l-Gvern iddeċida li jieħu d-deċiżjoni tal-PfP mingħajr ebda’ konsultazzjoni ma’ ħadd (ikun xi jkun l-argument – favor jew kontra id-dħul), meta donnu l-istazzjon ta' l-Istat huwa ikkontrollat minn xeqlieba ta' ħsieb wieħed biss, meta f'parlament demokratiku jiġu proposti offerti li jtappnu l-irġulija f'forum suppost rappreżentattiv tal-poplu.

1 comments:

Anonymous said...

Почему регистрация не работает ?