Friday, May 2, 2008

L-Arrest ta’ Nenu

Jikteb André Borg

Nenu nzamm hemm, f’naqra ta’ cella mudlama u mimlija umdita’. Ghal erbghin jum iccahhad mill-liberta’ tieghu, li jara lil martu Karmni, li mbikkma minn wara l-persjana ta’ l-injam, imhaddna ma’ binha mgezwer fil-harqa, tipprova tifhem x’wassal ghall-arrest ta’ zewgha hekk bhal sajjetta fil-bnazzi. Qatt ma kien tgharrfilha b’xejn qabel u l-hsibijiet u t-thewdin kissirha. “X’seta’ gara?” bdiet thewden bejnha u bejn ruhha harsitha fiss lejn is-santa kulur it-te’ tal-Qalb ta’ Gesu li kienet izzomm taht l-imhadda. Ma setghetx taghlaq ghajn m’ghajn dak il-lejl, wahedha, fil-kamra ta’ fuq b’saqaf gholi, ticcassa lejn xemgha tnemnem tal-Madonna, bid-dellijiet ma’ kull naha tal-kamra li donnhom bdew iduru maghha sabiex iwasslulha messagg.


Kien l-ghabex tat-28 t’April 1958, l-istess jum li l-haddiema rvellaw kontra l-Gvern Ingliz. Dakinhar pajjizna ggammja bi strajk generali u l-poplu kien ta l-ewwel messagg li ried Malta hielsa mill-kmand barrani. Is-surgent Cauchi mill-ghassa taz-Zejtun mar ihabbat fuq il-bieb tar-remissa jistaqsi ghal Nenu. Kien diga beda jidlam gmielu u l-ghasafar tal-bejt bdew jingabru fis-sigar tat-tin fuq in-naha l-ohra tat-triq, ipespsu l-ghanja ta’ filghaxija. Nenu mar jara min gie, nehha l-istanga u bexxaq il-bieb tar-remissa kulur celestin. Mill-kamra ta’ l-ikel Karmni semghetu jargumenta izda baqghet tqatta’ l-hobz ghalkemm b’iktar lajma, iggebbed ghonqha tipprova titkixxef x’qed jithadded. Nenu l-ghaxqa tieghu kisra hobz bil-grass u l-buzbiez dak iz-zmien, tuffieha mghollija maqsuma f’erba’ flieli u frawli mahsul frisk. Paga kbira ma kellux imma qalbu kien itihielek. Missieru alla jtih il-mistrieh etern kien ragel fuq l-irgiel, b’sahhtu, u ta’ principji li ma kien jibdilhom ma’ xejn. Nenu fula maqsuma mieghu, fitter zaghzugh it-Tarzna li b’paga zghira ried jghajjex familja, johlom fi zmenijiet ahjar.


Kien zmien ta’ tbatija u ghaks lejn l-ahhar tal-hamsinijiet. F’Malta bdiet tinhass dejjem aktar il-htiega li l-poplu jkollu aktar drittijiet. Wara t-Tieni Gwerra, il-pajjiz kien ghadu ma giex fuq saqajh. Industriji tradizzjonali bhat-Tarzna ta’ Bormla bdew ibattu ghaliex il-flotta Ingliza naqqset il-prezenza taghha fil-Mediterran. Il-Gvernatur Laycock hedded l-impjiegi tal-haddiema tat-Tarnza li fl-1958 kienu jghoddu l-eluf. L-ghajta Mintoffjana ta’ l-‘integration’ jew ‘self-determination’ hassbet mhux ftit lill-Gvern Ingliz, li ma riedx icedi xiber. Mintoff ried li l-Maltin ikollhom l-istess livell t’ghajxien bhall-Inglizi, ghan nobbli ghalkemm ghajruh ambizzjuz. B’hekk gie l-hsieb ta’ l-‘integration’. Kellu biss 41 sena, u l-Prim Ministru Mintoff diga’ kien mahbub mill-klassi tal-haddiema, dawk li b’dirghajhom u bzulithom gherqu l-gharaq tax-xoghol li tieghu kienu mhallsa ftit soldi.


Lil Nenu akkuzawh li kiser l-ordni pubblika u ha sehem f’dimostrazzjoni ta’ tfiegh ta’ gebel lejn il-pulizija mmexxija minn De Gray. Kien mal-folla, b’ilbies umli u b’determinazzjoni liema bhalha ried iwassal messagg ta’ tama u solidarjeta’. Illum Nenu ghadu haj, ifettet buskuttin fit-te’ jhares lura lejn l-1958 b’nostalgija. Demmu jbaqbaq sa llum u b’qalb zghira jemozzjona ruhu b’dawn it-tifkiriet. Jghid li llum m’ghadx hawn sinsla u l-haddiem qed jigi mkasbar minghajr ma jintebah. Forsi ghad jghaddi z-zmien u nghidu Nenu kellu ragun.

0 comments: