Huma ħafna il-fatturi li qed jiġu evalwati imma bla dubju ta' xejn l-aktar ħaġa li qiegħeda tiġi msemmija minn kull kandidat f'din it-tellieqa hija l-inklużjoni.
Inklużjoni tinvolvi fiha proċess sħiħ ta' komunikazzjoni, parteċipazzjoni u organiżazzjoni
- Komunikazzjoni: Biex xi ħaġa tiġi inkluża, l-ewwel irid ikun hemm djalogu sħiħ bejn żewġ partijiet jew aktar. Dawn iridu jressqu quddiem il-parti l-oħra ideat li jappartjenu għal dak il-grupp partikolari. Dan jimplika li kull organu differenti irid ikollhu twemmin partikolari u li dan it-twemmin jiġi ikkonkretiżżat sabiex ikun jista' jiġi ikkomunikat. Din id-diversita' ta' ideat differenti tiġi diskussa ħalli flimkien tiġi stabbilita il-linja komuni u d-diverġenzi li jistgħu jeżisitu.
- Parteċipazzjoni: L-inklużjoni fiha infisha hija att ta' parteċipazzjoni bejn dawn il-partijiet differenti. Ma' jistax ikollok inklużjoni ta' xi ħaga jekk ma' jkunx hemm xi forma ta' involviment bejn dawn l-oqsma differenti. U għalhekk kull organu irid jipparteċipa b'mod attiv.
- Organiżazzjoni: L-inklużjoni hija att ta' involviment kontinwu u li fiha hemm bżonn ta' organiżazzjoni sħiħa. Jekk ma' jkunx hemm dan is-sens ta' ordni, l-kommunikazzjoni u l-parteċipazzjoni bejn l-imsieħba diversi ma' jistgħux jersqu lejn xulxin. Bil-parteċipazzjoni ta' ħafna elementi differenti u permezz ta' diskussjonijiet miftuħa miġbura fi struttura sistematizzata, l-organiżazzjoni tieħu l-ħajja b'sens ta' direzzjoni u b'metodi fluwidi u komprensivi sabiex tirranġa in-nuqqasijiet matul il-process.
Jidher li informalment il-kandidati kollha qiegħdin jaqblu mal-prinċipju ta' l-inklużjoni. Għalkemm dawn il-fatturi li semmejt hawn fuq huma l-bażi ta' l-inklużjoni tidher li d-diverġenza li teżisti hija fil-metodoloġija. Interessanti huwa s-sens ta' dibattitu li nfetah u li jekk tiġi analizzata sa l-iċken dettal (mid-diskorsi li qed isiru sa l-għażla tal-postijiet illi fihom qeghdin jittellgħu dawn id-dibattiti) nistgħu naraw is-sens ta' maturita li qegħda tintwera' matul il-ġirja sħiħa.
2 comments:
The blog post "Inklużjoni" is featured on Maltamedia: The Maltese Blogosphere
- Nominate blog post of the month -
this post really very good and effective for me thanks for sharing this nice post
Post a Comment