Monday, June 30, 2008

Is-Seg Ġen

Segretarju/a huwa/hija assistent amministrattiv ta' kumpanija. Segretarju Ġenerali hija kariga simili izda glorifikata. Fl-istorja politika Maltija, ir-rwol ta' dan l-individwu, għandu mportanza kwazi daqs ta' mexxej/kap tal-Partit (jiddependi mill-liema lenti tkun qed tara'). Fl-opinjoni tiegħi, hija kariga mportanti aktar minn tal-vici mexxej tal-partit għax l-individwu huwa l-faccata tal-organizzazjoni (il-magna) u din il-persuna hija responsabbli għall- branding tal-Partit. U l-ġirja tas-Segretarji għaddejja.

Assume the position

Il-ġirja tal-PN intemmet nhar il-Gimgħa. Bil-kemm konna nafu. Saliba ħalla postu u niżel bil-glorji. Mill-kurituri mudlama instema' eku ta' battibeki bejn l-ex Segetarju u John Dalli u ingħad li fl-amministrazzjoni kien hemm post għal wieħed minnhom biss. Min kien ħa jieħu l-kariga wara JS għandu xogħol iebes:

  1. minħabba l-fatt li l-PN rebaħ b'maġġoranza relattiva;
  2. feelers nazzjonalisti qed jindikaw li Joe Muscat ġibed is-simpatija ta' ħafna li abbandunaw l-MLP u jidher li anke xi ftit nazzjonalisti ukoll (minkejja l-fatt li skond il-ħorox JM għandu daħka sarkastika).

Interessanti l-fatt kif il-ġirja ta' din il-kariga ġiet assolutament minsija mill-elfi tal-media. Smajna ftit intietef fil-ġurnata u daqshekk. Bondi nesa' il-WOW factor, Disett investiga r-refuġjati u kien tard wisq għall-Peppi biex jagħmel programm. Il-Gvern intant ħabbar il-privatizazzjoni tat-Tarzna. Għal xi siti eletronici, it-tħabbira tad-data tal-elezzjoni għall-amministrazzjoni tal-MLP (Awissu) kienet aktar importanti milli l-elezzjoni tal-amministrazzjoni tal-PN l-għada. U l-bojkott mitlub mill-Amministrazzjoni sabiex il-kandidati ma' jitkellmux mal-media laburista lanqas biss ġiet imsemmija mkien (is-soltu Peppi jiddedika programm sħiħ fuq xxi ħaġa hekk). Għal dawk li jemmnu fil-mit tal-MAGNA reġgħu ġew delużi - il-kunsilliera ivvutaw kontra il-pjan.

Intant, nixtieq nifraħ lill-Paul Borg Olivier u nawgurawlu l-ħidma t-tajba. Tajjeb li nistgħu niddibattu ma' wiċċ familjari u perswass li s-Sindku tal-Belt ser ikun hemm għad-diskussjoni.

Mill-banda l-oħra, il-ġirja tal-MLP għadha trid tibda. Il-lista ta' kontestanti, għal kuntrarju tal-PN, hija voluminuża. Nixtieq nara' wiċċ femminili għal din il-kariga u naħseb li hemm xi żewg persuni li huma eleġibbli. L-MLP dejjem kien minn ta' quddiem biex ikun innovativ u naħseb li mara f'dan ir-rwol ikun ta' vantaġġ għall-Partit Laburista. Minbarra l-validita' tal-individwu, ikun hemm prova ta' dak li ilha tisħaqq din l-organizzazjoni (inkluż id-diskorsi ta' JM). Interessanti kienet l-għazla tad-data tal-elezzjoni. Il-fatt li din il-ġirja ġejja fi żmien il-perjodu li t-Taljani isibuh bħala l-Ferragosto tagħtni x'nifhem. Boqq. Kif jgħidu l-isqallin, nun lu saccu io!

Xtaqt ngħid xi ħaġa fuq DCG u ABC imma għal din id-darba aħjar le peress li ma' tantx fetħu ħalqhom fuq l-elezzjoni tas-SG tal-PN.

1 comments:

Anonymous said...

Sur Robert mela ma tafx illi l-PBS iridu jobdu lil imghallem ghax minn hemm gejja l-pappa. U jahasra is-Sur Peppi beza' li jdahhluh f'xi cella jekk itella' xi programm fuq ix-xandir tal-kelma hieles, nahseb li naqaslu l-kuragg li kellu meta kien izghar.