Wednesday, June 4, 2008

Speranza

Dalwaqt tiġi fi tmiema t-tellieqa. Minn għada jibdew l-elezzjonijiet għall-leadership ġdid tal-Partit Laburista. Għal tul dawn l-aħħar xhur, kif kien probabilment mistenni, dan kien l-aktar suġġett diskuss fil-media. Kullħadd qal tiegħu. Min qal affarijiet validi u ħafna le. Għal mumenti twal ħassejtni qisna qed naraw xi reality show. Sezzjonijiet kbar tal-media ma nteressaħhomx dwar il-kontenut, għal ħafna kienet biss pageant show fejn l-aktar wieħed li jappella irid jirbaħ. Ħassejt li ftit kienu dawk li nteresshom dawn il-ħames persuni x'qgħedin joffru.

Wieħed mill-argumenti li ma stajtx nifhem tul din il-kampanja kien il-fatt li beda jingħata mportanza lil kemm kandidat jew ieħor jattira lil votanti tal-kamp avversarju. 'Imma mhux hekk tirbah?' Mhux necessarjament specjalment f'dan il-pajjiż. L-ammont ta votanti li lesti jeqilbu l-vot huma ftit u għandi s-suspett li ħafna minnhom l-anqas ħargu jivvotaw din id-darba. Ħafna qishom qed jinsew li principju bażiku tad-demokrazija hu li int tivvota lil min jirrapreżenta lilek u mhux lil ħaddieħor. Dan jgħodd ukoll għad-delegati jew kunsilliera taż-zewġ partiti. Min isir mexxej, irid ikun jirrapreżenta lil dawk li ivvotawlu u mhux lil xi ħadd fittizju. Xogħol mexxej ġdid hu dak li jgħaqqad l-għeruq tal-partit, jibni politika u programmi sodi, jaħdem biex ikun gvern alternattiv u dan awtomatikament iwassal biex jattira voti li mhux tradizzjonalment ikunu tieghu. Li l-Partit Laburista jibda mill-illum li l-inkwiet tiegħu hu li jattira l-votanti tan-naħa l-oħra ikun qed jibda it-triq bil-kontra. Il-passat recenti juri li ħafna drabi il-Partit Laburista deher li kien qed jiprova jarttira l-voti mingħajr ma kien qed jidher li kellu kontenut validu u viżjoni cara tal-politika għal pajjiż. Dan hu żball li l-partit Laburista ma jistax jippermetti, hu żball li pajjiżna ma jistax jaffordja.

Jien għadni nispera li l-affarijiet f'dan il-pajjiż jinbidlu; jinbidel l-istil kif issir il-politika. Elezzjoni ta mexxej ta' partit li jirrapreżenta nofs il-poplu Malti hi opportunita biex l-affarijiet jibdew jinbidlu. Wasal iż-żmien li fil-politika nibdew nitkellmu dwar il-Politika, dwar kontenut, dwar issues li jolqtu lin-nies fil-ħajja ta kuljum. Wasal iż-żmien li l-politika tkun tal-poplu u mhux il-poplu tal-politici.

4 comments:

Anonymous said...

Dear Rupert, Russell and Marquita,

I'd like to remind you that at 8:00 pm this Friday the 13th of June 2008 at San Remo's the meal organized for bloggers, their families and friends shall be held.

Details about the menu, location and a lot of other details can be found on my web-site: www.sandrovella.org .

Please check your booking and your order. If you want to change your order, please contact me.

Feel free to bring any family or friends but please let me know about it beforehand. You can call me on 79460527 or send me an e-mail at info@sandrovella.org.

Thank you for booking. I am sure that we will have a great time and am looking forward to seeing you there.

Kind regards,

Sandro Vella

Anonymous said...

Dear Rupert, Russell and Marquita,

I'd like to remind you that at 8:00 pm this Friday the 13th of June 2008 at San Remo's the meal organized for bloggers, their families and friends shall be held.

Details about the menu, location and a lot of other details can be found on my web-site: www.sandrovella.org .

Please check your booking and your order. If you want to change your order, please contact me.

Feel free to bring any family or friends but please let me know about it beforehand. You can call me on 79460527 or send me an e-mail at info@sandrovella.org.

Thank you for booking. I am sure that we will have a great time and am looking forward to seeing you there.

Kind regards,

Sandro Vella

Anonymous said...

"fil-passat ricenti" il-partit Laburista ma dehrx!! minflok rajna biss in-nuqqas tieghu..

Nistenna u nittama li xi darba ghad nara dik il-gurnata meta l-politici ikunu tal-poplu, u mhux viceversa.. meta l-politici jzommu lil pajjizna bhala l-priorita ta' xgholhom... u meta Malta terga' tigi l-ewwel u qabel kollox!

Viagra Online said...

Mhux necessarjament specjalment f'dan il-pajjiż. L-ammont ta votanti li lesti jeqilbu l-vot huma ftit u għandi s-suspett li ħafna minnhom l-anqas ħargu jivvotaw din id-darba. Ħafna qishom qed jinsew li principju bażiku tad-demokrazija hu li int tivvota lil min jirrapreżenta lilek u mhux lil ħaddieħor. Dan jgħodd ukoll għad-delegati jew kunsilliera taż-zewġ partiti.