Monday, June 2, 2008

No politics please, we're Maltese

Il-ġimgħa l-oħra mort nara' esebizzjoni tal-fotografu veteran Joe Camilleri. Dan il-fotografu ta kopja tal-wirt tiegħu fejn fih ħalla numru sostanzjali tax-xogħlijiet artistiċi tiegħu lill-Kollezzjoni Nazzjonali. Filwaqt li nfaħħar dan il-ġest nobbli u nħeġġeġ lil aktar artisti illi jieħdu dan il-pass, dan l-artiklu nixtiequ jieħu vija kemmxejn differenti. Il-ħsieb ġie mill-fatt illi Joe irnexxilu jilħaq teknika illi llum faċilment nistgħu nagħmluha permezz ta' programmi tal-kompjuter. Il-kobor tar-ritratt huwa illi dan irnexxilu jibnieh manwalment sabiex iwassal messaġġ. Il-qofol tal-ħsieb huwa l-fatt illi llum għalkemm għandna il-meżżi ma' nagħmlux dak l-isforz biex immorru oltre bħal ma' għamel dan l-artist.

Id-diskors kollhu huwa kemmxejn differenti. Fix-xena lokali ta' dawn l-aħħar snin ftit li xejn tara jew tisma' messaġġ politiku. Il-Kultura Maltija donnha maqtugħa kompletament mill-isfera politika. Il-ftit politika li rajt fi produzzjonijiet / riproduzzjonijiet Maltin kienet tevolvi l-aktar madwar l-ambjent (li qed tiġi f'moħħi huma d-diski f' Karavan Petlor bħal Merill Bang Bang jew attivitajiet aktar estensivi bħal ma' hija l-Earth Garden) . Il-ftit attivitajiet b'kummenti politiċi diretti huma kollha satira' tat-tip li jtellgħu iz-Zoo u Bla Kondixxin. Ftit li xejn kritiika bis-sens u kostruttiva. Donnhu il-lament hija waħda personali u mhux soċjalli. Tgħid sirna egoisti żżejjed?

Dan jikkontrasta ħafna mat-tmeninijiet fejn l-isfida politika ta' dak iż-żmien kienet tradotta f'kontro kurrent qawwi. Dawk li għexu dawk iż-żmiinijiet kollha jiftakkru bil-kultura underground ta' Tigne'. L-ironija hi, li l-Gvern li tant kienu qegħdin jopponu f'dawk iż-żminijiet, provda post (garaxxijiet u kappella abbandunata) fejn setgħu jitellgħu dawn l-attivitajiet u jirihersjaw dawn il-gruppi tejatrali u mużikali. Kien post ta' krejattivita u angst politiku li naħseb qatt aktar ma' rajna bħalu. Ħafna minn nies tal-media tal-llum (inkluż Peppi) huma prodott ta' dak iż-żmien u dak l-ambjent. Illum għandna Ċentru tal-Kreattivita staġnat u b'vakum politiku qawwi. Xbajt nara' l-istess stili ta' esibizzjonijiet b'nuqqas kbir ta' messaġġ politiku (fis-sens wiesgħa) u naqaw fl-istess cliches. Donnha l-arti tal-llum tikkonsisti kummenti fuq religjon, ambjent, abbort u suġġetti simili. Il-politika hija individwalista. L-istili u l-kontenut nistħajilhom il-boom tal-ħwienet tad-dvds. Għamel suċċess xi ħadd u jkollok perjodu bl-istess djalettika. Ġie Benigni Malta u għamilna ġimgħat naraw forom ta' arti diversi inspirati minn dan l-attur.

Lura għat-tmeninijiet il-ħsieb xellugi kien rapreżentat mill-Politeatru, li kienu jtelllgħu firxa wiesgħa ta' arti b'messaġġ xellugi qawwi. Illum ma' fadal xejn minn dan.

Tgħid dan huwa prodott ta' apatija? stmerrijja? biza' mill-politika lokali? Jekk tattakka l-gvern u l-esponenti tiegħu iwaqfulek il-program minn fuq it-tv. Jekk tattakka il-ħsieb xellugi ituk promotion u jdaħħluk mal-WE fuq l-istazzjon nazzjonali. Donnhu l-politika saret tiġi diskussa minn Lou, Peppi, Pierre, Reno, Charlon u Simone biss ... u taħt forma ta' diskussjoni serja. Naħseb li għall-kuntrarju ta' Joe Camilleri, illum għandna l-għodda kollha imma mhux nużawha.

3 comments:

Anonymous said...

The blog post "No politics please, we're Maltese" is featured on Maltamedia: The Maltese Blogosphere

- Nominate blog post of the month -

Adrian Muscat said...

'illum għandna l-għodda kollha imma mhux nużawha'

Din il-frazi tintuza f'oqsma ohra ukoll. fl-inginerija, fix-xjenza, fir-ricerka.

Donnu meta il-bniedem jkollu hafna ghodda l-krejattivita u l-originalita tonqos. forsi ghax l-ghodda jghamlu ix-xoghol izjed facli u tonqos id-differenza bejn min ghandu hafna talent u min ghandi ftit.

Fil-fatt dan huwa minnu. L-ghodda li tesisti illum jghamluha izjed facli biex wiehed jiddisinja prodotti li gew introdotti fi zmien li ghadda u li illum lehqu certa perfezzjoni u saturazzjoni fl-izvilupp stess taghhom.

id-dinja illum ghandha bzonn prodotti godda li l-ghodda ghalihom ghad jridu jigu ippefezzjonanti fiz-zmien li gej.

Anonymous said...

Dear Rupert, Russell and Marquita,

I'd like to remind you that at 8:00 pm this Friday the 13th of June 2008 at San Remo's the meal organized for bloggers, their families and friends shall be held.

Details about the menu, location and a lot of other details can be found on my web-site: www.sandrovella.org .

Please check your booking and your order. If you want to change your order, please contact me.

Feel free to bring any family or friends but please let me know about it beforehand. You can call me on 79460527 or send me an e-mail at info@sandrovella.org.

Thank you for booking. I am sure that we will have a great time and am looking forward to seeing you there.

Kind regards,

Sandro Vella