Jidher li f'dan il-pajjiż, li jkollok twemmin jew ħsieb xellugi, hu l-ekwivalenti li jkollok il-pesta. Nixba nisma u naqra li l-unika ġustifikazzjoni li tista tingħata għal fatt li tkun progressiv hu li l-genituri tieghek huma tali. Jaqbadni d-daħk (jew il-biki) kull meta xi ħadd jeħodha bi kbira għax persuna ikollha ħsieb car u logiku iżda xellugi, tara wiccu jinbidel u jitqarras. Agħar minn hekk jekk ma tkunx lest tixgħel ix-xema fuq l-artal ta GonziPN tiġi redikolat u mgħajjar. U kieku tgħid li tiġi mgħajjar fuq twemminek jew jiġu redikolati l-argumenti, kieku fiha u ma fihiex. Imma le, l-argument jinżel fuq livell personali u dejjem jispicca li l-povra xellugi għandu IQ baxx.
Ejja ninsew lil Malta għal ftit. Ħarsa madwar id-dinja turina li dan l-argument tal-IQ baxx huwa argument li ġie użat ta spiss fl-istorja u għadu jintuza. Intuza mit-Taljani u mill-Franciżi kontra l-popli tal-Afrika ta' fuq. Intuza kontra l-popli tal-Afrika kollha tista tgħid. Intuża mill-Inglizi kontra l-popli tal-artijiet tal-imperu u anki kontra l-Irlandizi. Kellna l-apertheid li kienet ibbażata fuq dan il-principju. Il-pajjiżi tan-Nofs in-Nhar tal-Amerka ukoll bgħatew u għadhom ibgħatu minnħabba din il-mentalita. Illum il-media li tappoġja l-Istati Uniti u l-Gran Brittanja fil gwerer tal-Afganistan u l-Iraq tuża din l-arma b'mod regolari; pinġi lill-għadu bħala injorant u kull argument li għandu tilfu. Kemm nisimaw b'intellettwali Afrikani, sud-Amerikani jew Islamici? L-idea hi bażika ħafna, jekk trid li l-poplu ma jikkunsidrax l-argument tan-naħa l-oħra tinħeliex ma l-argument imma kisser lil messaġġier, irredikolah. Dan l-argument tal-intelliġenza kien dejjem arma li intuża għal skopijiet razzisti u raġunijiet ta poter. Jidher li f'Malta xejn anqas.
Tiftakruh l-istorbju kollu li kien inqala qabel l-elezzjoni minħabba l-kumment ta Charles Mangion dwar id-DNA? Jista xi ħadd jispjegali kif f'dan il-pajjiż hu offensiv li tgħid li is-supporters tal-PN għandhom DNA differenti imma ħadd ma jitkaza li ngħidu li jekk tkun supporter tal-MLP ghandek IQ baxx? Agħar minn hekk, il-kategorija ta dawk tal-imbecilli saret tinkludi ukoll lil kull min mhux lest ixejjer il-bandiera ta GonziPN. Jidher li f'dan il-pajjiz jekk ma tridx tigi ittimbrat intelletwalment bghatut, ara biss tazzarda tikritika lil Gvern u lil dawk li ixejrulu l-imkatar.

6 comments:
Ma nahsibx li kull ma ghidt huwa tajjeb. L-idea li "jekk m'intix mal-gonziPN int naqra injurant" mhux il-hsieb prevalenti fost il-Maltin. Ghandi f'mohhi zewg opinjonisti li jippruvaw ixerrdu din l-idea. Perswaz illi l-imhuh it-tajbin li hemm fil-partit nazzjonalista jishtu s-sieghu l-mument li dawn iz-zewg kittieba ghogobhom jitrakkaw mal-partit taghhom. Ma rridx ninftiehem hazin. Jien Nazzjonalist. Imma meta naqra il-kitba ta' dawn it-tnejn jaqbadni l-bard. Ghax bl-imgieba taghhom dawn in-nies ma jigbdux lil min hu dubjuz. L-Inglizi jghidulhom "preaching to the converted". Jikkritikaw lil Manwel Cuschcieri ghax "velenuz" u "ahdar" u x'naf jien u huma jaghmlu bhalu imma flok bil-Malti bl-Ingliz. Mhux qed nghid li naqbel mal-metodologija tas-Sur Cuschieri. Tifhimnix hazin. Imma jien ma nistax nghidlek li int mahmug jekk lanqas jien ma ninhasel. Naqbel maghhom meta jghidu,per ezempju, li mexxej tal-MLP ghandu jkun dak il-bniedem li jappella ghall-ikbar ghadd ta' nies. Ghax veru. Mela allura ghala ma japplikawx l-istess principji ghall-kitba taghhom. Jekk hawn xi hadd dubjuz minn, nghidu ahna, Joseph Muscat, sejjer ma jivvutalux ghax ghandu ingrtavata blu bit-tikek homor jew roza? Qas titwemmen, imma din inghatat bhala raguni (fost hafna similarment assurdi) ghalfejn il-votant ma jistax jiehu lil Joseph Muscat bis-serjeta. Kienu jkunu iktar effettivi, kieku per ezempju sahqu iktar fuq il-kredenzjali Ewropej tieghu - mhux ghax ma qalu xejn tafx, imma ma nahsibx li ntqal bizzejjed. Kien ikun argument serju, sod u difficli tehodha kontrih. Imma le. Mhux hekk. Jekk int temmen li b'xaghru ggelljat Joseph Muscat jista' FORSI ikun Kap ta' l_oposzzjoni tajjeb mela int INJORANT. U se tmut injorant.
Il-bicca l-ohra: Nghid ghalija l-ghagha kollhu li nqala meta Charles Mangion semma li ahna ghandna d-DNA hazin inqala' ghax Malta mizghuda bl-injuranti li jhobbu jaghmlu hafna storbju. Kieku kelli d-DNA hazin kien ikolli manifestazzjonijiet fizici ta' dan u jinduna bihom kulhadd. Perswaz li fost in-Nazzjonalisti m'hawnx incidenza ta' DNA hazin oghla milli hemm fost il-Laburisti. Ghala da l-istorbju kollu?
L-effikacja ta' din il-metodologija tinsab fil-fatt li l-bicca l-kbira tal-Maltin ma jhobbux jahsbu. Ma jhobbux jixtarru xi jkun qed jintqalilhom. U kemm indumu hekk dejjem se nsibu lil xi hadd li jniggizna meta jghidilna li ahna injuranti jew li ghandna d-DNA hazin.
Dawk il-famuzi tnejn mhumiex "in-Nazzjonalisti", huma semplicement zewg Nazzjonalisti. Nazzjonalisti akkaniti bhal ma tara go xi Kazin.
Veru ghandhom lehen ikbar, imma il-vot taghhom, bhal ta' kulhadd, jiswa ta' bniedem wiehed biss. Huwa fatt li minghalihom li b'kull artiklu taghhom qed idawwru ruxxmata floaters, nazzjonalisti u laburisti imdejqin biex jivvutaw GonziPN... Imma nafu sew li bil-kontra jigri: igerrxu in-nies bhal ma kien igerrixxhom Cuschieri.
Apparti minn hekk, min ghandu mohh naqra tqila jaghti kaz 2 liberalissimi li hlief ifahhru il-partit ultra-konservattiv, u hlief imaqdru il-partiti zghar liberali ma jaghmlux.
Il-problema hi, li jekk Laburist jazzarda jghid nofs l-aggettivi li jghidu DCG u ABC, kieku hol xaghrek u gib iz-zejt!! Jien ghaddejt minna personali li ghaxd Laburist gejt maghjjar injorant gewwa l-universita` (quddiem canteen nies).
Li bqajt skandalizzat din il-gimgha kif tifla ta' ghaxar snin tigi maghjra Labour Nerd minn tifla ta' tampara!! Il-hdura qed tinzergha minn meta tfal ikunu zghar!! Din x'arroganza hi!!
There are 2 Maltese sayings:
(1)L'ispizjar milli jkollu jtik!
[Trans = The Pharmacist will only sell the products he has on his shelf]
(2) Il-Qahba milli jkolla ttik!
[Trans = The prostitute can only give what she has!]
Kmieni li ndunajna li hemm "two weights, two measures" f'dan il-pajjiz. Mela jekk Charles Mangion jaghmel gaffe u jghid cucata fuq dna (li wara talab skuza ghaliha) ghamilna rebus kbir. Imma jekk zghazugh (li jivvutaw PN naturalment) jilbsu T-shirts bl-islogan helu "Nivvota Labour/Inzabbab" - dawk affarijiet fresh u eccitanti. U jekk ma tridx tivvota PN mela inti ghandek tinbaghd u inti hansir u egoist u tghir ghas-successi tal-PN.
Inhoss li d-differenza bejn iz zewg partitarji m'ihix il-livell intelletwali, izda il-prudenza u l-umilta... Partitarji Nazzjonalisti ihossuhom superjuri fuq dawk Laburisti, u dawn minn naha taghhom, huma wisq umli/ghalabiebhom biex jipprovaw mod iehor. Nemmen li li kieku il-laburist huwa ta' intellett baxx, hamallu, minghajr skola, l-irgiel tajbin biss ghas-sess u n-nisa ghad-dar, kieku il-Labour ghadu fil-gvern, u jibqa' hemm minhabba li bl-istess teorija, familji Laburisti ikollhom tfal bit-tuzzani filwaqt li familji nazzjonalisti ikollhom biss dak il wiehed jew tnejn, li wara li johorgu mill-universita ikollhom in-negozju ta' missierhom jistennihom. Differenza kbira meta wiehed jiftakar li l-vot ma jzommx differenza ghall-intellett tal-votant...
Izda mhux hekk hu, hux ghax il-PN ilu ghoxrin sena fil-gvern b'sistema demokratika.
Post a Comment