Friday, June 13, 2008

Jaqrawlek ix-Xorti… u Jisolhuk

Jikteb Andre Borg

info@andreborg.com

Iltqajt ma’ persuna li tilfet kull skop fil-hajja. Qalulha li ghandha maghmul idur maghha, li se jgibilha rizq hazin u diffikulta ghall-familja taghha, sahansitra ta’ mard kiefer u mewt. Ma tafx fejn se taqbad taghti rasha u ma ntihiex tort. Imlewlha mohhha bi hsibijiet ta’ maghmul, superstizzjoni u magija sewda. Qalulha li biex tehles mill-maghmul jew tipprotegi ruhha trid tmur ghand xi medium jew fortune teller, thallas mijiet ta’ euro, u kollox jigi lura ghan-normal.

Qaltli li ghandha problema ghax m’ghandhiex minn fejn thallas dawn il-flus. Ghidtilha l-akbar problema mhijiex il-flus, imma li qed temmen f’dawn il-hmerijiet u mhix tinduna li hemm min inqeda bil-genwinita’ u sa certu punt l-innocenza taghha sabiex jislohilha flusha.

Rajt anke avvizi fil-gazzetta ta’ persuni li ma jiddejqu xejn jirriklamaw il-prattika taghhom li jaqraw ix-xorti, jbieghdu maghmul, jipprofetizzawlew success tan-negozju, jaghtuk potenza sesswali, jispjegawlek il-holm u garanzija ta’ success fil-hajja mizzewga. Ma niflahx narahom aktar dawn it-tip ta’ riklami li qed jinsulentaw l-intelligenza tal-qarrej, u wisq aghar, qeghdin jinqdew b’min hu vulnerabbli u dghajjef fis-socjeta’. Ghandha tkun policy tal-gazzetta li ma tippubblikax avvizi bhal dawn, ghaliex tkun komplici ma’ dan l-isfruttament ta’ min hu batut. Ghajb ukoll ghal dawk il-programmi televizivi li bl-iskuza li jattakkaw din il-pratticita’, pjuttost aktar ikunu qed jaghtu promozzjoni lil certi individwi li jsejhu lilhom infushom clairvoyants u mediums, biex ma nsejhilhomx vampiri tal-flus kif aktar jixirqilhom.

Ghad irrid insib spjegazzjoni li tikkonvincini kif frak tal-weraq tat-te’ jistghu jiddeterminawlek kemm se jkollok tfal, jew kif wiehed jista’ jikkomunika ma’ l-erwieh billi jinghalaq f’kamra mudlama u jhares lejn pendlu. Dan mhu xejn hlief qerq, u pajjiz civilizzat bhal taghna ghandu jillegisla kontra din it-tip ta’ pratticita’, bl-istess mod kif ghandna ligijiet ohra jipprotegu lic-cittadini minn tip ta’ qerq iehor.

Kien hemm perjodi twal fl-eqqel tal-Medjuevu sa ftit qabel il-migja ta’ l-Ordni ta’ San Gwann fejn l-Inkwizitur kien jordna li s-shahar jigu ttorturati u mahruqa hajjin quddiem kulhadd. Ghalkemm it-tortura u l-qtil huma dejjem kundanna u allahares wiehed kellu jissuggerixxi li llum naghmlu l-istess, madankollu anke erba mitt sena ilu kienu diga qed jirrealizzaw li dawn is-shahar kienu eretici u. Issa li suppost nifhmu aktar l-implikazzjonijiet ta’ dan il-qerq u l-hsara socjali li tista ssir, ghaliex hadd ma jiehu azzjoni? Ghandna tant regolamenti, kodicijiet ta’ etika, ghaqdiet tal-konsumaturi u dipartimenti fejn jipprotegu lill-konsumatur minn xi servizz jew prodott li jinghata bil-qerq, ghaliex imbghad lil min hu vulnerabbli fis-socjeta’ taghna u jirrikorri ghall-‘ghajnuna’ ta’ dawn il-clairvoyants ma nipproteguhx bizzejjed? Dan filwaqt li naraw li min jabbuza mill-batut ghandu jigi mharrek.

4 comments:

Sean Vella-Caruana said...

suggestion:
"Synchronicity" - C.J. Jung

http://en.wikipedia.org/wiki/Synchronicity

Anonymous said...

The blog post "Jaqrawlek ix-Xorti… u Jisolħuk" is featured on Maltamedia: The Maltese Blogosphere

- Nominate blog post of the month -

Anonymous said...

Ma tarax parallel ma dak li tofri il-knisja? Dawk li jhallsu biex imorru Lourdes bit-tama fjakka li jitfejqu? Dawk li jtuk l-ingwanta ta San Gorg Malti jew bicca mil-libsa ta Madre Teresa biex jimluk bit-tama li tfieq mill-mard? Dawn ukoll huma bejjiegha tal-mit u tal-magija bil-hsieb li tibqa taht il-poter tas-seher taghhom.

Russell Muscat said...

Min dak il-lat Aldo, Malta ghandna l-ghazla. L-artifatti scari li jezistu hawn bir-rimi. Li kieku kellek tghaqqad l-ghadam kollha tal-qaddis tohrog xi tlett qaddisin minnhom. San Pawl, per ezempju nahseb kellu tlett idejn, ghax smajt li hawn xi tlett ghadmiet ta' id San Pawl.

Fuq dan is-suggett aqraw il-ktieb ta' Umberto Eco, Baudolino.