Monday, June 23, 2008

Kodiċi ta' Etika għall-Ġurnalisti

Waħda mill-ewwel miżuri li jidher li se jieħu l-mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista huwa li jikkummissjona kodiċi ta' etika għall-ġurnalisti tax-xandir ta' l-istess partit. Għandi xi suġġerimenti u kummenti dwar dan u nixtieq li l-qarrejja jżidu tagħhom ukoll.

Li l-ġurnailisti jibdew jirrispettaw ftit l-intelliġenza ta' l-udjenza tagħhom. Dan billi jippreżentaw il-fatti mingħajr ma jistqarru jew "jiżvelaw" dak li hu ovvju! Nagħti eżempju, tista' timmaġina l-valur ta' mistoqsija waqt "vox pop" li tgħid xi ħaġa hekk... "Kif jaffetwak jekk is-servizzi mediċi fl-isptar isiru bil-ħlas?" "Tajjeb jew ħażin?" Meta nistaqsu mistoqsijiet bħal dawn naħseb li nkunu qed ninsulentaw lill-pubbliku li jixraqlu aħjar - inkomplu bl-insult jekk nuru sensiela ta' mistoqsijiet simili fl-aħbarijiet. Jekk il-ġurnalisti jaħsbu li din hija l-udjenza tagħħom, sar iż-żmien li lil din l-udjenza jibdew jedukawha ħalli tkun kapaċi tagħmel għażliet imsejsa fuq raġunament ta' fatti u mhux ħasil tal-moħħ.

Nissuġġerixxi li jekk ma jkunx hemm biex timla bulettin ta' l-aħbarijiet inqassruħ u ndaħħlu l-famuż intervall ta' l-antik! F'Malta jsiru ħafna attivitajiet li ma jkunux politiċi, naħseb li l-istazzjonijiet għandhom jagħtuhom importanza fil-bulettini ta' l-aħbarijiet b'hekk inkunu nistgħu naraw verżjoni waħda ta' l-aħbarijiet u mhux tlieta jew erbgħa!

Nittama li t-tfassil tal-Kodiċi ta' Etika jittieħed bħala eżempju minn ġurnalisti oħrajn ta' organizzazzjonijiet oħrajn, tal-Partit Nazzjonalista u tal-PBS (dawn it-tnejn hemm min jgħid li huma fil-fatt ħaġa waħda). Il-media hija għodda wisq b'saħħitha biex tiġi immanipulata minn ftit ġurnalisti bla skrupli u b'aġendi li jmorru ferm 'il bogħod minn dik li jippreżentaw il-fatti u l-verità lill-udjenzi tagħhom. Il-fatt li l-MLP beda jagħmel xi ħaġa dwar dan huwa pożittiv - imma nittamaw li jkun sforz ferm aktar wiesa'.

Tkellimt ma wħud li kienu ferm sorpriżi meta saru jafu li Peppi Azzopardi huwa wieħed minn dawk li ser ikunu qegħdin ifasslu din il-Kodiċi ta' Etika, staqsewni għala din l-għażla stramba. Ir-risposta tiegħi kienet li l-probabilità hija biex kulħadd jitgħallem mill-viċin mingħand Peppi dwar dak li m'għandux isir fil-ġurnaliżmu serju.

5 comments:

Anonymous said...

Minghajr ma nnaqqas xejn minn ta' hadd, nixtieq nistaqsi kemm mill-"gurnalisti" huma mharrga biex jaghmlu x-xoghol li jaghmlu.
Hawn minn jahseb li ghax fis-sekondarja kien igib marki tajbin fil-komponimenti ("compositions") jikkwalifika awtomatikament li jibda jahdem ta' gurnalist... (u nghiduha kif inhi, nahseb li kieku whud mir-rapporti li naraw kellhom jipprezentawhom studenti tas-sekondarja bhala homework qas jghaddu bl-izbalji grammatici u sintattici li jkun fihom, imma dak argument iehor).
M'inix qed nghid li m'hawnx gurnalisti tajbin. Imma hawn iktar dilettanti milli hawn gurnalisti serji. F'kull partit u f'kull mezz tax-xandir.
Allura dawn in-nies, la mhux imharrga, kif tistenna li se jifhmu l-kuncett ta' "etika fil-gurnalizmu"?
L-etika hi "semplici" hafna. Naf x'ghandi naghmel u x'mghandix naghmel. Il-problema tibda meta jaqbilli naghmel dak li naf li m'ghandix naghmel.
Bniedem mhux imharreg ghandu possibilta ikbar li jizloq fejn it-triq ma tibqax lixxa. Mhux qed nipprova nghid li min hu mharreg m'ghaffigx, jew, li ghalkemm imharreg, ghaffeg apposta.
Nahseb li ghadd imdaqqas ta' gurnalisti - jekk hux bi hsieb jew le ma nafx - jisqu l-immaturita politika tal-pajjiz. Jekk dan ma jsirx bi hsieb allura jikkonferma l-periklu li nies mhux imharrgin sew jithallew jaghmlu xoghol daqshekk importanti u, nghiduha, delikat.

Anonymous said...

The only thing that travels faster than light is Bad News!

Currenlty, worldwide the media is only concerned with Sensationalism and Bad News.

Sex and Bad News are always in demand. Journalists keep seeking the easy way out!

Additional options for journalism ethics SHOULD include a legal act on privacy. That is, any person, even a public figure, has the right to have a private life that is not probed by any journalist seeking a sensational story.

Russell Muscat said...

Anonymous said "That is, any person, even a public figure, has the right to have a private life that is not probed by any journalist seeking a sensational story."

By any chance, are you referring to the JPO saga?

Anonymous said...

Russel,

I was referring to Paparazzi type of journalism...amd DCG methods of persona destructive propoganda.

Investigative journalism sagas similar to JPO's are to be encouraged, it may be one of the few ways of fighting corruption.

Anonymous said...

As far as I can see there was no intrusion in JPO's private life. Nobody gave a monkey about his love/family life. The investigation regards his connection with the Mistra project